Il-Ktieb Malti Kullana Kulturali 55

99909-41-88-2
Hardback

Description

Is-suggett tal-kotba wieghed kumpless ghax ihaddem aspetti bhal origini, thejjija, produzzjoni, u kotra ta’ interessi marbutin mat-tbigh taghhom. Kull ktieb ghandu l-kontenut u l-karattru tieghu li jirriflettu lill-kittieb jew lill-editur ghalkemm dejjem hemm xi karatteristici li ssibhom corta ghal kull kaz.

Ma nafx ezatt meta l-bniedem beda jagħmel il-kotba wara l-invenzjoni tal-kitba.   L-eqdem eżempji tal-kitba jinsabu fuq il-fuħħar u fuq il-ġebel.  Għalhekk l-eqdem kotba li nafu bihom huma t-twavel tal-fuħħar tal-Meżopotamja u r-rombli tal-papiru ta’ l-Eġittu,  it-tieni imorru lura ghat-tielet millennju  qabel Kristu.  Pass revoluzzjonarju fil-ġrajja tal-ktieb kien il-kodici li ħa post ir-romblu.  Il-proġress baqa’ ghaddej.  Il-ktieb medjevali sab il-kenn teighu fil-monasteri u ħa imbuttatura qawwija mit-twaqqif  ta’ l-universitajiet fis-seklu XII.  Bil-wasla fis-seklu XV ta’ l-ewwel magna ta’l-istampatur b’tipi li jitħarrku, il-qari fl-Ewropa kiseb post socjali.

Illum, il-mistoqsija li titfaċċa hija ghad hemm lok ghal-ktieb mitbugħ fuq il-karta?  L-avvenimenti mondjali li seħħew tas-seklu XX urew li l-karta tista’ tasal u tilħaq postijiet li l-elettronika ma tilħaqx.  Fil-kuntest Malti, il-ktieb ukoll rabba’ tradizzjoni xierqa ghal gżira ċkejkna li għal sekli kienet iddominata minn moħħ barrani.  Il-kultura tal-ktieb Malti stagħniet l-aktar fl-aħħar żewg sekli meta naraw l-estensjoni tal-moħħ Malti permezz tal-ktieb.

Additional information

Weight 720.0000 g
Dimensions 24 × 17 cm
Publisher
Pages 324
ISBN 99909-41-88-2
Cover
Year of publication

Product categories and tags

You may also like…