Description
Ir-rabtiet li l-gżejjer Maltin għandhom mal-ħut jidhru f’aspetti differenti. Ġeografikament Malta għandha għamla ta’ ħuta, u minħabba li huma gżejjer Malta, Għawdex, u Kemmuna bosta mill-ekonomija tagħhom kienet u għadha tiddependi mis-sajd. Il-ħut huwa importanti fl-ekonomija tal-baħar ukoll għax jiekol organiżmi iżgħar minnu u jittiekel minn ħlejjaq akbar minnu. Minħabba li tista’ ssibu fi kwantitajiet kbar u minħabba li jista’ jinqabad faċilment, il-ħut minn dejjem kien parti mill-ikel imfittex mill-bniedem. Il-baħar Malti huwa mimli ħut u siewi ħafna għall-istudju fuq il-ħut, studju li jżid mal-kultura xjentifika tagħna. B’hekk il-klassifikazzjoni u t-tagħrif dwar il-ħut ta’ Malta jsiru parti mill-kultura xjentifika li trid tagħmi aspetti oħra tal-kultura tal-pajjiż u ddomm ġawrha oħra fil-Kullana Kulturali li qed tiġbor il-wirt uman, xjentifiku, u soċjali tan-nazzjon Malti.