Description
Żgur li l-Knisja ta’ Malta tiġi minn ta’ quddiem nett fost dawk li ħaqqhom kredtu u tifħir għas-sehem importanti li tat f’dawk is-snin ta’ tiġrib u twegħir li għaddew minn fuq pajjiżna f’dak li baqa’ magħruf bħala t-Tieni Assedju Kbir ta’ Malta. Bla dubju l-Knisja –l-Arċisqof ta’ Malta, l-Isqof ta’ Għawdex, is-saċerdoti u r-reliġjużi rġiel u nisa –kienet pilastru li fuqu serrħu l-awtoritajiet Ingliżi f’Malta bejn l-1939 u l-1945.
L-Ittri Pastorali u ċ-ċirkolarijiet li ħarġu l-Isqfijiet f’dawn is-snin jikkonfermaw kemm il-Knisja f’Malta ħadmet id f’id mal mexxejja Ingliżi meta pajjiżna –allura mċaħħad minn gvern responsabbli –sab ruħu fl-eħrex gwerra li qatt rat id-dinja.