Il-Ħarsa ta’ Rużann – DVD

Ibbażat fuq ir-Rumanż ta' Francis Ebejer

Hardback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

IL-HARSA TA’ RUŻANN huwa l-aħħar rumanz li Francis Ebejer ippubblika f’ħajtu.  Dan ir-rumanzett, li kien ġie ppubblikat għall-ewwel darba fl-1985, huwa l-uniku wieħed li Ebejer kiteb bil-Malti.  Ir-rumanz iseħħ fl-isfond tal-iżvilupp soċjali u politiku li seħħ f’Malta mill-1844, meta jibda r-rumanz, sa tmiemu, f’xi żmien bejn l01974 u l-bidu tas-snin tmenin, meta nkiteb.

L-istorja tibda bil-laqgħa ta’ wieħed Baruni jismu Mark-Antonin, mill-Imdina, mat-tfajla Rużann, bint il-bdiewa u hi nnifisha ħaddiema tar-raba’.  Rużann toħroġ tqila u mikejja li l-Baruni jkun jixtieq jiżżewwiġha, hi ma taċċettax għax taf li fis-soċjetà li kienu jgħixu fiha – Malta ta’ nofs is-seklu dsatax – żwieġ bejn raġel nobbli u mara bidwija ma seta’ jiġi aċċettat qatt, u kien jispiċċa jkisser soċjalment lill-maħbub tagħha, il-Baruni.  Għalhekk, minkejja l-imħabba tagħha għall-Baruni, tiddeċiedi li trabbi t-tarbija waħidha u ma tikxef qatt min kien il-missier.  Ir-rumanz isegwi dak li jiġri mid-dixxendenti ta’ Rużann mill-bidu umli ta’ binha Karmenu, imrobbi bla missier, sal-emnċipazzjoni permezz tal-edukazzjoni li bil-mod il-mod tibda tidħol fil-familja tagħha minkejja diffikultajiet kbar. Dan kollu jseħħ taħt l-għajnejn protettivi ta’ Rużann, li tibqa’ tħares fuq id-dixxendenti tagħha għal ħafna, ħafna snin wara mewtha.

Additional information

Weight 350.0000 g
Dimensions 19.0 × 14.0 cm
Cover
Year of publication
Note B'adattament televiżiv u direzzjoni artistika ta' Albert Marshall
Author

Product categories and tags

SKU: DVDHTR Categories: