Il-Ħajt Għandu Widintu u Stejjer Oħra

Christopher Attard Biancardi
9789918204137
Paperback

In stock

Description

Hemm ċertu gost taqra l‑istorja l‑qasira ta’ Attard Biancardi għax hi mera ta’ li ngħixu. Imqar meta hemm il‑makabrità.

L‑awtur ma joqgħodx lura milli juża l‑istorja l‑qasira biex jikkummenta soċjalment mingħajr ma jibdel l‑att miktub fi propaganda rħisa kif jiġri sikwit, bi skuża tal‑impenn.

Donnu kollox iservi ta’ skuża biex l‑awtur ikun jista’ jikteb l‑istorja l‑qasira tiegħu. Hemm il‑ħin kollu l‑ironija. Hemm il‑paradoss. Hemm li jiżgwida. Iqabbdek triq u tkun oħra.

Xi drabi hemm eki ta’ stejjer li għexniehom aħna nfusna jew forsi smajniehom. Imma dak li jagħmel l‑istorja l‑qasira unika u sabiħa bħala ġeneru.

Attard Biancardi jħobb jikteb imma jħobb ukoll jirrakkonta. L‑istorja l‑qasira tatu żvog biex jilħaq dawn iż‑żewġ miri.

Dr Sergio Grech

Additional information

Weight 300 g
Dimensions 19.8 × 13.2 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2025
Pages 168
ISBN 9789918204137

Product categories and tags

SKU: 9789918204137

You may also like…