Il-Ġenn li Jżommni F’Sikti

9789990914047
Paperback

In stock

Description

Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

L-awtobijografija ta’ Trevor Żahra

Jgħidu li kienet xitwa qalila dik tas-’47. Kien għamel ħafna maltemp u saħansitra niżlet il-borra, u waqt li l-majjistra kienet qed taħsilni faqqgħet sajjetta u mar id-dawl ta’ kullimkien. Kulmeta z-zija Nena kienet issemmi dan l-episodju kienet tikxef l-abjad t’għajnejha kollu qisha se tirrakkonta t-tmiem ta’ traġedja Griega.

Qatt ma stajt nifhem għalfejn kienu għamlu dak l-għaġeb kollu. Forsi ħasbu li s-sajjetta kienet laqtet il-banju u li meta jiġi d-dawl kienu se jsibu li għandhom f’idejhom tarbija mbaskta donnha statwa ta’ Pompej; jew forsi immaġinaw li kont se negħrqilhom ġo sitt pulzieri ilma; jew inkella meta semgħuni nħanġar (għax ma naħsibx li bqajt lura) ħasbuni qed nibża’ mid-dlam. Insew li kont qattajt disa’ xhur sħaħ fid-dlam mingħajr l-iċken tgergira.

Additional information

Weight 560 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 448
ISBN 9789990914047
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789990914047 Categories: Tags: