Description
Edizzjoni kritika ta’ Charles Briffa
Francis Ebejer fit-teatru Tagħna hu figura kontroversjali. Imma dan x’ifisser? Ifisser li t-teatru tiegħu hu ħaj, ifisser li għalhekk ma tistax iddawwar wiċċek in-naħa l-oħra biex ma taħsibx fih. Hemm oħrajn mejtin. It-teatru ta’ dawn ma jfisser xejn għal-letteratura drammatika Maltija. Dak ta’ Francis Ebejer ifisser ħafna.
Prof. Ġuże Aquilina







