Id-Due Balli, Niesu u l-Madwar

Paperback

Out of stock - Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Wara l-pubblikazzjoni ‘L-Arċipierku, Niesu u l-Madwar’, dan huwa it-tieni minn sensiela ta’ tlett kotba li jittrattaw in-naħat t’isfel tal-Belt Valletta.

Fih issibu nformazzjoni dwar il-lokali, it-toroq, il-mod ta’ ħajja, xogħol u snajja tan-nies li għexu f’dawn in-naħat.

Il-ktieb jinkludi ritratti, stampi u dokumentazzjoni li qatt ma dehru qabel; dan grazzi għall-aċċess li kelli f’arkivji ta’ ħbieb u persuni oħra, b’dettalji storiċi u awtentiċi.

Għan-nies tad-Due Balli u għal-ħafna oħra li ma baqgħux jgħixu f’din in-naħa tal-Belt tagħna, hemm rakkonti li għandhom iħallu impatt fuqhom u jġibulhom nostaliġija.

Barra li għandu jkun ta’ interess partikulari għall-Beltin, danil-ktieb għandu jinteressa wkoll lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom dak kollu li huwa Malti, għaliex jinkludi tagħrif dwar il-folklor li, wara kollox, issawwar mid-drawwiet u użanzi li ħafna minnhom, sfortunatament, qegħdin jgħibu minn pajjiżna.

Additional information

Weight 450.0000 g
Dimensions 29.7 x 21 cm
Publisher
Pages 142
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: IDB