Ħrejjef ta’ Ġaħan u Stejjer Oħra

HTG
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Miġbura minn Aldo Farini u miġjuba għall-Malti minn Ġużè Chetcuti

Ħrejjef ta’ Ġaħan u Stejjer Oħra, il-75 ktieb mis-Sensiela Kotba Soċjalisti, għandu jagħti lill-qarrej, b’mod speċjali lill-istudenti, mhux biss sodisfazzjon u pjaċir, imma, aktar minn hekk, tagħlim u taħriġ fl-istudji tal-Ilsien Malti. Dawn il-ħrejjef, stejjer u leġġendi nġabru fil-bidu tas-seklu minn Aldo Farini li ppubblikahom bit-Taljan fl-1934. Illum dawn inqallbu għall-Malti mill-kittieb magħruf Ġużè Chetcuti.

Dan il-ktieb jiġbor fih teżor ta’ qari mitqlu deheb: jagħtina l-istejjer ħelwin umoristiċi ta’ Ġaħan, it-tfajjel moħħ ir-riħ li dejjem għandu xi ħlieqa interessanti u divertenti x’joħloq; il-baned ta’ Indrì u tad-Dudi li llum għebu mix-xena folkloristika Maltija; u ħrejjef u ċajt bħalma huma, fost l-oħrajn, iċ-ċajta tal-Ewwel t’April, ċajta oħra ħelwa daqsha tal-Eċċe Homo ta’ Ħaż-Żebbuġ; Fra Krispin li ried jitla’ l-Ġenna; il-baħar kif ġie mmellaħ; is-sejba tat-teżor għall-bini tal-Katidral ta’ San Pawl, u kotra ċajt u ħrejjef oħra li jitfgħuna f’dinja ta’ seħer.

Additional information

Weight 330 g
Dimensions 25.7 × 20 cm
Author ,
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN HTG
Pages 144

Product categories and tags

You may also like…