Description
Salvu, eks librar li jgħix ħajtu f’razzett, bil-ħsieb li xi darba jikteb awtobijografija, kien iżomm noti ta’ episodji – bosta komiċi u xi oħrajn traġiċi – li jiġru fil-familja u fil-madwar. Issa li miġbur f’dar tal-anzjani, jiltaqa’ ma’ Ġużeppi, li kien qed ifittex materjal sabiex jippubblika ktieb. U ċ-ċirku għaqad, fejn Salvu jirrakkonta dawk l-episodji minn ħajtu bil-ħsieb li Ġużeppi jasal biex jikseb l-għan tiegħu.
Minkejja l-età ta’ 100 sena, Salvu huwa ċar f’dak li jgħid, jagħmel aċċenn fuq min jilgħabha ta’ trux, fuq dak li n-nies jippreferu li ma jisimgħux u ma jarawx, u kif ilaħħmu kollox fl-intelliġenza tal-villaġġ.







