Ġużè Delia Ġiżwita

Tifkiriet u Kitbiet Dwaru

Paperback

Out of stock - Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Minħabba l-kontribut letterarju ta’ Delia, u xejn inqas minħabba x-xogħol pastorali li wettaq, Ġorġ Mifsud u J.M. Ghigo S.J. ħadu f’idejhom it-tfassil ta’ dan il-ktieb bħala tifkira ta’ dan il-Malti li għen lil pajjiżu bit-talenti kollha li kellu. Delià ssokta fit-tradizzjoni tal-Ġiżwiti ta’ qablu, bħal Indrì Schembri u Manwel Magri.

Fost il-kittieba li ħadu sehem f’dan il-ktieb ta’ min isemmi lil Anton Buttiġieġ, Ugo Mifsud-Bonniċi, Kalċidon Agius, Karmenu Vassallo, Ġorġ Zammit, Ġużè Cassar-Pullicino, Oliver Friggieri, Ġużè Chetcuti, Ġużè Cardona, Kilin, J.M. Ghigo, S.J., Alessandru Bonniċi, O.F.M. Conv. u Ġorġ Mifsud. Dawn kollha, flimkien ma’ oħrajn, joħorġu xi aspetti ġodda ta’ fatti u ta’ kritika fuq il-ħajja, il-karattru u x-xogħol letterarju ta’ Delia, bħal ngħidu aħna li Delia fi żmien kien ipejjep ħafna, li kien delettant wisq tal-palk, tal-maġija u tal-istejjer għat-tfal, li l-grammatika tal-Malti tgħallimha mill-introduzzjoni tad-dizzjunarju ta’ A.E. Caruana, li l-ewwel leġġenda tiegħu ma kitibhiex hawn Malta, li kien imfittex ħafna għall-pariri, li kellu sehem ġmielu biex itaffi l-qagħda mwiegħra ta’ ħuh Nikol fil-kwistjoni tal-pjanta tas-sottomarin, u l-bqija.

Barra minn hekk, danil-ktieb fih ukoll mal-ħamsin ritratt li bosta minnhom qatt ma kienu dehru qabel. Bihom biss hawn l-aqwa doukumentazzjoni fuq il-ħajja u l-karriera ta’ Delia.

Additional information

Weight 230.0000 g
Dimensions 20.0 x 13.0 cm
Publisher
Pages 176
Cover
Year of publication
Author ,

Product categories and tags

SKU: GDG Categories: Tags: