Anton Buttigieg u l-Ġuri tal-Ħaddied

ex President tar-Repubblika

Paperback

In stock

Description

Ġie l-15 ta’ Lulju 1938 – f’Għawdex, sparaw għal Frenċ Caruana “Il-Kalies”. Kien każ li kexkex il-gżejjer tagħna. Il-Pulizija, kif kien dmirha, bdiet tistudja biex tikxef min kien l-awtur tad-delitt, immedjatament malli saret taf bih. F’nofs siegħa, minn x’ħin seħħ id-delitt, il-Pulizija kienet tistħarreġ fuq il-post.

Il-qattiel ma nstabx – il-każ ġie fdat f’idejn l-Ispettur Carol Saliba – da ried assolutament jaqbad l-assassin – ma rnexxilux – huwa pprova joħloq opinjoni kontra Wenzu Grech – inqeda b’mezzi illegali fl-investigazzjonijiet tiegħu – irnexxielu jikseb b’xhud, lil Marjanu Sarè – ressaq lil Wenzu għall-Ġuri.

Ġiet is-sena 1980 – l-Avukat Anton Buttiġieġ, meta kien jokkupa l-kariga ta’ President tar-Repubblika ta’ Malta, għoġbu jippubblika l-ħsibijiet tiegħu fuq dan il-Ġuri.

Anton Buttiġieġ huwa korrett f’dak li kiteb fuq “Il-Ġuri tal-Ħaddied”?

 

Additional information

Weight 120.0000 g
Dimensions 21.0 × 14.0 cm
Publisher
Pages 90
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags