Description
Li nkunu foqra fil-qalb tagħna… din hi l-qdusija.
Li nwieġbu bi ħlewwa umli… din hi l-qdusija.
Li nagħrfu nibku mal-oħrajn… din hi l-qdusija.
Li nfittxu b’ġuħ u għatx kbir il-ġustizzja… din hi l-qdusija.
Li nħarsu u nġibu ruħna bi ħniena… din hi l-qdusija.
Li nżommu ‘l qalbna safja minn dak kollu li jtappan l-imħabba… din hi l-qdusija.
Li niżirgħu l-paċi madwarna… din hi l-qdusija.
Li nilqgħu ta’ kuljum it-triq tal-Evanġelju minkejja l-problemi li toħolqilna… din hi l-qdusija.