Description
Fil-qalba tal-Italja hemm belt ċkejkna ħafna, jisimha Assisi. Hawn twieled bniedem li kien jismu Franġisku. Dan il-ktieb jirrakkonta l-istorja tiegħu, mimlija bi ġrajjiet ħelwin. Permezz ta’ għadd ta’ illustrazzjonijiet – fuq 130 – insiru aħna wkoll sħab fil-vjaġġ ta’ dan il-qaddis. Iktar minn kulħadd, huwa l-ħabib ta’ Alla u ħuna lkoll.