Fil-gzira taparsi jikbru l-fjuri

Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Fil-gżira taparsi jikbru l-fjuri hu ġabra ta’ stejjer, uħud serji u oħrajn satiriċi, li juru s-soċjetà Maltija u l-istituzzjonijiet tagħha f’dawl inkwetanti ħafna. L-elementi li jispikkaw huma l-ipokresija, in-nuqqas ta’ rispett lejn iċ-ċittadin, il-falzità, l-egoiżmu, l-impożizzjoni, elementi li donnhom saru l-prinċipji ta’ dawk li jmexxu l-ħajja politika u kattolika f’Malta. Ħafna se jixxokkjaw ruħhom jaqraw dal-ktieb. Oħrajn se jiddispjaċihom jagħarfu l-verità li b’kuraġġ kbir Oliver Friggieri rnexxielu jippreżenta b’nod li jżommok taqra. Il-kitba ta’ Friggieri, awtur ta’ fama internazzjonali, hi mera ta’ moħħ fin li kapaċi janalizza fil-fond. F’kull storja hemm karattru prinċipali li għal Friggieri, patrijott ta’ l-ewwel filliera, hu l-għadu ta’ soċjetà li jħobb u li ħafna kienu u għadhom jingannawha. Dan il-ktieb hu maħdum b’sengħa kbira biex jiftiehem minn kulħadd.

Additional information

Weight 250.0000 g
Dimensions 21.0 × 13.5 cm
Publisher
Pages 212
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: GTJF Categories: