Description
Fenegriż kien fenek salvaġġ, jgħix ftit ‘il bogħod minn għalqa tal-karrotti li ma kien jaf biha ħadd ħliefu. Darba waħda, hu u sejjer lura lejn il-bejta tiegħu, iltaqa’ ma’ Fenekan. Dan daħħalha f’rasu li jeħodlu l-karrotti u jiskopri fejn hi l-għalqa. Tgħid jirnexxilu jidħak bih u jsir jaf fejn tinsab l-għalqa tal-karrotti?