Enigma

il-ktieb maħdum f'sensiela televiżiva li kisbet suċċess kbir

Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

ENIGMA – ktieb uniku tax-xorta tiegħu – hu vjaġġ misterjuz fid-dinja tal-mewt, is-seħer, l-ispirti, l-erwieħ, l-iħirsa, djar imsaħħra, superstizzjonijiet, allat u xjaten fil-kultura, ir-reliġjon u l-folklor Malti u lil hinn minnu. Is-sodisfazzjon ta’ dan il-ktieb, abbundanti bi ġrajjiet u fatti strambi jinqasam ma’ nies differenti. Nies kurjuzi li semgħu ħafna stejjer iżda ma ħarġux sodisfatti u jistennew aktar, nies ftit eċċentriċi li jħobbu jistħarrġu l-makabru u l-pervers, nies suġġestivi li jibilgħu kull ma jisimgħu u ma jiqfux jistagħġbu, nies xjentifiċi li jħobbu janalizzaw u jfittxu l-provi.

Mibni minn programm tar-radju, mibdul fi ktieb, maħdum f’sensiela televiżiva, ENIGMA jagħtina panorama sħiħa ta’ l-okkult. B’ritmu mexxej u kelma ħafifa, il-qarrej jista’ jagħrbel u jiżen bejn verità u qlajja waqt li jgħaddi mill-esperjenzi strambi ta’ dawk li għexuhom qablu, imsaħħa mill-provi ta’ awturi lokali u internazzjonali u l-fehma ta’ esperti li l-integrità tagħhom ma tħallix lok għal dubju.

Imsaħħar mill-okkult minn tfulitu, Anton Grasso sejjes minn fomm l-imġarrab u l-istudju persunali tiegħu tagħrif dettaljat għal min irid jibża’ jimmaġina, jagħdab, jistkenn, jallarma, jirribella, iwissi, isejjaħ l-għajnuna, jemmen jew iwarrab il-ġrajjiet fundamentali ta’ twemminu.

 

Additional information

Weight 240.0000 g
Dimensions 20.0 × 13.5 cm
Publisher
Pages 200
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: ENIG Categories: