Description
Fis-satra ta’ lejl mingħajr kwiekeb Emma titlaq lil Ġiljan kiesaħ u biered, u tintilef f’dirgħajn Samwel bla ma qieset xejn aktar. Iżda l-imħabba ta’ Ġiljan lejha ma fihiex qisien. Mgħobbi taħt qilla tal-ħsieb kien jintasab bilqiegħda fuq il-blat jistennieha sakemm fl-aħħar forsi titfaċċa…
X’se jnebbaħ lil Claudio li martu Emma kienet miexja fi triq ħażina? Xi jġagħlu jissuspetta f’missieru? Tassew li missieru kien qed ibexkel xi ħaġa ma’ martu Emma?
Emma tħalli ‘l qalbha tmexxiha hi. Minħabba f’hekk issib ruħha f’ħafna mogħdijiet imħabblin f’xulxin li, la darba tidħol fihom mhux daqshekk faċli li ssib kif toħroġ minnhom. X’jiġri, għalhekk, minn din ir-relazzjoni mqanqla ta’ mħabba?






