Doqqu Doqqu Għid Malti

9789993279181
Paperback

Description

Ktieb ta’ taħriġ, logħob, poeżiji, riċetti u attivitajiet dwar l-Għid Malti. Ideali għal tfal bejn is-8 u t-13-il sena.

Il-ktieb jiġbor fih numru ta’ poeżiji friski u oriġinali, marbuta mal-Għid, b’tonalità mexxejja, ċajtiera, nebbiexa u drabi serja u solenni kif jitlob dan iż-żmien. Imma mhux poeżija biss, wieħed isib l-aspett didattiku, fosthom qwiel u idjomi marbuta mal-Karnival, ir-Randan u l-Għid, termini letterarji, kurżitajiet storiċi u kulturali u trawwim fil-kisba tal-ħila li tgħinek tqabbel il-kliem.

Ma’ dan hemm logħob, fittiexa, tislibiet, kif ukoll riċetti għal dawn iż-żminijiet. Dan kollu jgħin biex il-qarrej jimraħ f’dinja li joħloq hu stess, permezz tal-lirika misjuba, tat-tpinġijiet fl-isfond tal-poeżiji, kif ukoll tal-interazzjoni ħarrieġa, li twaħħdu mal-ktieb, billi kollox jorbot u jwassal lill-qarrej jimraħ f’mumenti folkloristiċi, reliġjużi, nostalġiċi kif ukoll kurjużi għall-ġenerazzjoni adoloxxenti, żagħżugħa u matura.

Din għandha tkun esperjenza b’differenza, fejn il-qarrejja jġarrbu drawwietna u twemminna permezz tal-kontenut, filwaqt li joħolqu dinja għalihom mimlija tagħlim b’gost, li għandu jservi biex jixprunahom għat-tagħlim fil-qasam letterarju, kreattiv, espressiv, b’rabta mal-Malti.

Disinn u Tpinġija – Elisa Chetcuti

Keywords: Easter, L-Għid , Holy Week , Jesus , Ġesù

 

 

Additional information

Weight 200 g
Dimensions 26.5 × 21.5 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 48
ISBN 9789993279181

Product categories and tags

You may also like…