Delitti li jibqghu jissemmew 12

Nisa li qatlu

9789995746964
Paperback

In stock

Description

Minn analiżi li saret ta’ sitta u tmenin serial killer mara fl-Istati Uniti, instab li ħafna drabi l-vittmi tagħhom kienu żwieġhom, uliedhom, jew nies anzjani. Barra minn dan, il-modi ta’ kif saru d-delitti kienu differenti minn dawk ta’ qattiela rġiel. Infatti l-użu tal-armi tan-nar minn dawn in-nisa kien ferm inqas minn tal-omiċidju mwettqa mill-irġiel.

Ħafna mill-qattiela nisa nstabu li kienu jbatu mill-Munchausen Syndrome, diżordni mentali ta’ persuna li tivvinta li hi marida, biex tiġbed l-attenzjoni u s-simpatija. Uħud min-nies b’din id-diżordni mentali jkollhom tagħrif tajjeb dwar il-mard, u għalhekk ikunu kapaċi jivvintaw sintomi biex jiġġustifikaw il-mard fittizju tagħhom. L-isem ta’ din is-syndrome ġej mill-Baruni Munchausen li kien jivvinta stejjer li kien jgħid li għadda minnhom.

Additional information

Weight 170.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 96
ISBN 9789995746964
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags