Description
L-Omiċidju twieled mal-ħolqien tal- bniedem, twettaq f’kull rokna tad-dinja u minkejja li Malta ma kinitx eċċezzjoni, l-istatistika turi li Malta kienet u baqgħet ikklassifikata bħala pajjiż b’numru baxx ħafna ta’ omiċidji. Dan jikkonferma dak li jsemmi l-President Emeritu, l-Avukat Ugo Mifsud Bonnici fid-daħla tal-ktieb Delitti f’Malta: “M’aħniex gens ta’ qattiela” u dan jagħmel unur għas-soċjetà Maltija.






