Description
Il-qawl hu wieħed mill-aktar wirt kulturali li għandu sehem attiv fil-ħajja tal-Maltin. Il-ktieb, aktar milli jħares lejn in-nisel storiku tal-qwiel, jiffoka fuq il-valuri dejjiema ta’ xi qwiel popolari. L-awturi jagħmlu wkoll użu minn xi rakkonti u stejjer meħudin minn sorsi differenti, bħala eżempji, biex jgħinu lill-qarrejja jiksbu għarfien u tifsir aħjar ta’ dawn il-qwiel.






