Description
Dawn bċejjeċ! Għaliex huma bċejjeċ minn ħajti. Mhux ħajti kollha imma biċċiet minnha.
Il-ġrajja tiegħi qed nirrakkontaha f’forma ta’ esejs tematiċi b’suġġetti differenti tal-ħajja. Għalkemm jien la nħoss u wisq anqas nippretendi li jien xi ħaġa, inħoss li l-istorja u l-esperjenza tiegħi tagħmel parti mill-‘jigsaw puzzle’ tal-ħajja Maltija minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija sal-ewwel kwint tas-seklu wieħed u għoxrin.
Jalla l-qarrejja japprezzaw dawn ‘il-bċejjec’ tiegħi u jiskopru xi ħaġa li ma kinux jafu jew ma ġietx f’moħħhom jew li jkunu nsewha… u jesklamaw, “dawn bċejjeċ!”
Frans A. Attard