Bertu: Ħabel tat-Tajjar

Ħabel tat-Tajjar 2

9789918212088
Paperback

Description

Fl-aħħar rahom deħlin. Melinda kienet miexja bejn ommha u missierha. Iżda ħarset Bertu kienet fuqha biss, jaraha tersaq lejh bil-mod, u bla ma taf li kien hemm ġuvni nofsu mistoħbi li kien qed jaduraha b’għajnejh.

Imma issa Bertu ġie f’diffikultà għax is-Sur Patist u l-familja, flok intefgħu bilqiegħda fuq bank għad-dell, baqgħu mexjin fid-direzzjoni tiegħu. U Bertu ma ridhomx jarawh. Almenu mhux għalissa. Din ma kinitx fil-pjani tiegħu. Ried li jiltaqa’ magħhom taparsi b’kumbinazzjoni u juri ruħu sorpriż meta jiltaqgħu. Iżda hu u jarahom mexjin lejh…

Dar minn fejn kien u ntefa’ wara kolonna tal-arkati, u qagħad jissindikahom, attent li ma jarawhx. Melinda baqgħet bejn ommha u missierha, u minħabba f’hekk Bertu ma setax jara wiċċha. Raha biss ittella’ idha biex iżżomm il-kappell minħabba ż-żiffa li kienet għaddejja.

Is-Sur Patist kien il-ħin kollu jippunta subgħu lejn il-bastimenti u jirrakkonta, sakemm fl-aħħar daru minn fejn kienu, għaddew minn taħt l-arkati u bdew jimxu lejn bank fid-dell ta’ siġra.

Did-darba, Melinda ma poġġietx bejn ommha u missierha iżda fit-tarf. Bertu issa seta’ jara ’l wiċċha. Raha tħares madwarha, qisha aktar qed tinteressaha l-ħajja ta’ madwarha milli d-diskors għaddej maġenbha. Bertu kien qed jogħxa jħares lejn dak il-wiċċ. Iżda malajr kien idaħħal rasu wara l-kolonna kull darba li Melinda titfa’ ħarsitha lejn in-naħa atiegħu.

Is-Sur Wiġi, martu u wliedhom kienu għadhom ma tfaċċawx, u Bertu beda jitlob li jibqgħu ma jitfaċċawx. Iżda issa ried bilfors jara x’jivvinta biex b’xi mod jiltaqa’ b’kumbinazzjoni ma’ Melinda. Ikun ħa battikata għalxejn jekk jispiċċa jħares lejha mill-bogħod biss u mank imqar jisma’ leħinha.

Additional information

Weight 630 g
Dimensions 21 × 14.2 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 494
ISBN 9789918212088

Product categories and tags

SKU: 9789918212088 Categories:

You may also like…