Description
Meta Ana kellha biss sittax‑il sena, ħajjitha kienet laħqet il-quċċata. Fil-kulleġġ li kienet tattendi kienet sejra ferm aħjar minn kemm kienet basret, il-ħbiberija tagħha ma’ Valentina kienet mixja ħarir… U xi ngħidu għal Zaine – dak il-ġuvni tal-ħolm li kienet ratu l-ewwel darba u aċċertat ruħha li kellu jkun tagħha.
Imma l-ħajja ma tantx damet tidħkilha wisq…
L-offerta’ tax-xogħol ta’ Zaine kienet l-ewwel mewġa f’baħar imqalleb li kienet sabet ruħha fih. Kyle kien bħal donnu xaqq ta’ tama imma post Zaine f’qalbha ħadd ma seta’ jimlieh.
X’jiġri minn Zaine u Ana wara għaxar snin?







