Bighi – Sptar u skola

ta’ Ronald Bugeja

Bighi BDL Blog

L-iskola ta’ Bighi hija skola li kienet dedikata lil Abraham Gatt li kien skultur Malti magħruf. Sitta u għoxrin sena ilu bdejna s-sena skolastika 1992–93, u jiena kont wieħed mill-istudenti li, flimkien ma’ ħafna oħrajn bdejna s-sena skolastika tagħna biex nieħdu t-tagħlim fuq is-sengħa tal-elettriku. Kien hemm ukoll plumbers, bench fitters, welders u sheet metal workers, jiġifieri landiera. Hekk kif wara li għamilna l-għażla tagħna f’dik li tittratta s-sengħa li xtaqna nitgħallmu, konna ġejna magħżula biex nattendu f’din l-iskola, li fil-każ tiegħi kienet is-sengħa ta’ dawl (electrician).

Oriġinarjament, dan il-bini uniku, li jinsab fit-tarf tal-peninsula msemmija bħala l-Għolja tas-Salvatur ġol-Kalkara, ra l-bidu tiegħu fi żmien il-Kavallieri meta Fra Giovanni Bichi beda jibni dan il-palazz fis-sena 1675 skont id-disinn ta’ Lorenzo Gafà. Il-parti oriġinali ta’ dan il-palazz storiku fortunatament għadna nistgħu narawha sal-lum il-ġurnata.

Wara l-mewt ta’ Fra Giovanni Bichi, il-palazz għadda f’idejn in-neputi tiegħu li kien Fra Mario Bichi. Il-palazz kien okkupat sas-sena 1740, meta mbagħad fis-sena 1798, mal-wasla ta’ Napuljun Bonaparti, skont ma sibt fir-riċerka tiegħi, dan kien għamel żmien joqgħod f’dan il-palazz. Dan kien iż-żmien meta il-Kavallieri taħt il-Gran Mastru Ferdinand von Hompesch għaddew il-Belt Valletta u l-kumplament ta’ Malta f’idejn il-Franċiżi.

Il-bidla f’dan il-palazz waslet meta fl-aħħar Sir Alexander Ball keċċa lill-Franċiżi minn Malta fl-1800 u l-Ingliżi ħadu ’l Malta taħt idejhom bil-għajnuna ta’ ħafna Maltin li riedu jeħilsu minn taħt idejn Napuljun. Ftit wara, Lord Nelson talab biex dan il-palazz jinbidel fi sptar li kellu jservi għal dawk il-baħrin navali u dawk li jiddaħħlu Malta minn fuq ix-xwieni. Iżda dan kollu baqa’ ma seħħx! Il-palazz spiċċa biex serva bħala bini taċ-ċivil, kif ukoll ismu ġie mibdul f’Villa Bighi flok Villa Bichi kif kien oriġinarjament issemma minn Sir Alexander Ball.

Waqt dan dan il-perjodu, arkeologu Ingliż kien qed jagħmel xi xogħol ta’ skavar fuq din l-għolja viċin ħafna ta’ Villa Bighi fejn hemm sab xi fdalijiet ta’ żmien il-Feniċi. Dan kollu seħħ fis-sena 1827, sebgħa u għoxrin sena wara li l-Ingliżi kienu ħadu ’l pajjiżna taħt it-tmexxija tagħhom, fejn imbagħad wara ħafna talbiet u sforzi biex iseħħ dak li kien xtaq Lord Nelson kellu jkun l-intervent personali tar-Re Ġorġ IV biex tnieda l-proċess biex jibda jinbena l-isptar flimkien ukoll mal-ġnien li kellu jservi biex il-pazjenti li jkunu rikoverati ġo Bighi jkollhom post adattat fejn joqogħdu għall-mistrieħ.

Il-proċess tal-bini tal-isptar iddisinjat minn Saverio Scerri, perit Malti li kien iservi fir-Royal Navy f’Malta, tlesta fl-1830, kważi tliet snin wara, u dan wassal biex reġa’ nbidel l-isem ta’ dan il-bini u ngħata l-isem ta’ Royal Navy Bighi Hospital.

Dan l-isptar kien kapaċi jilqa’ madwar 200 pazjent. Hekk kif tlesta x-xogħol tal-bini beda wkoll ix-xogħol ta’ gewwa kif ukoll beda jinġieb l-apparat meħtieġ biex ikun jista’ jibda jopera bħala sptar. L-ewwel ġebla tqiegħdet mill-Ammirall Sir Pulteney Malcolm bil-kontribuzzjoni ta’ Sir George Whitmore. Flimkien magħhom kien hemm ukoll il-Gvernatur Sir Thomas Maitland. Il-proġett ħa kważi sentejn biex tlesta u fl-1832 beda joppera bħala sptar.

Maż-żmien saru iktar tibdiliet fih, kemm bħala struttura kif ukoll bħala operat. F’Malta bdew gejjin iktar infermiera u tobba u magħhom kien hemm ukoll Maltin li kienu jservu ġewwa l-isptar. Minħabba d-domanda kbira li kien hemm, kif ukoll hawn ta’ min isemmi li l-ħsieb li kellu Lord Nelson kien ġust u bżonjuż ħafna, wara li sar ħafna iktar xogħol u tibdliet minn riċerka li għamilt jien ħareġ li l-isptar kien jista’ jilqa’ madwar 700 pazjent kull sena inklużi dawk il-baħrin li kienu jidħlu Malta fuq il-bastimenti wara vjaġġi twal fuq il-baħar.

L-isptar kellu jilqa’ wkoll lill-Prinċep Alfred li jiġi t-tifel tar-Reġina Victoria. Wara vjaġġ twil fuq il-baħar il-Prinċep kien ilu iktar minn xahar li kien marad u hekk kif wasal Malta ddaħħal dritt l-isptar biex jingħata l-kura meħtieġa. Parti mill-glorja ta’ dan l-isptar kienet eżatt meta bħal leħħa ta’ berqa bdiet tiġri l-kelma li l-Prinċep fieq u ħareġ mill-isptar b’saħħtu.

F’żmien l-Ewwel Gwerra Dinjija l-Isptar ta’ Bighi kien strumentali ħafna, għalkemm Malta ma kinitx involuta militarjament fil-gwerra iżda fit-Tieni Gwerra Dinjija kien ta’ għajnuna kbira speċjament għal dawk is-suldati u l-bdoti li kienu jiġu midruba waqt xi attakk jew xi missjoni fuq Malta.

L-Isptar ta’ Bighi intlaqat darbtejn b’bombi diretti fuqu u saret ħsara kbira. L-ewwel daqqa kienet fuq in-naħa ta’ fejn hemm il-lift. Kienet parti importanti ħafna għax kienet in-naħa minn fejn l-Ingliżi kienu jtellgħu l-midrubin minn fuq il-bastimenti għal ġewwa l-isptar. Dak kien wieħed mill-attakki li sar fuqu. Dak iż-żmien kien ukoll l-istess żmien meta l-Kalkara qalgħet xita ta’ bombi f’attakki li kienu mmirati l-iktar fuq il-Kottonera, dan minħabba li Benito Mussolini beda jħejji ruħu biex iġiegħel lil Adolf Hitler jinvadi ’l Malta permezz tal-operazzjoni magħrufa bħala Operation Hercules C3. Dan qala’ diżgwid kbir bejnu u bejn il-Kmandant Rommel li kien qiegħed iwettaq offensiva fl-Eġittu. Dan minħabba l-fatt li kien hemm iktar bżonn li l-operazzjoni titbagħat l-Eġittu milli Malta. Malta kienet ossessjoni għal Mussolini, iżda mhux fuq l-aġenda ta’ Hitler. Hawn deher ċar li għal Adolf Hitler Malta ma kinitx daqshekk importanti. Dan għaliex kien jemmen li jekk jinqata’ l-kuntatt bejn Ġibiltà u l-Eġittu Malta kienet se ċċeddi waħedha! Iżda Mussolini ried b’saħħa li Malta taqa’ taħt idejh.

Bighi reġa’ ntlaqat għat-tieni darba bejn id-9 ta’ Marzu u l-20 ta’ April 1942 fejn kienu intbagħtu l-high level bombers f’formazzjoni perfetta ta’ 300 wara 300, mewġa wara mewġa. Dan kien jinkludi wkoll il-Ju 88 Stukas biex ikissru u jfarku l-madwar tal-Port il-Kbir u jħejju għall-Operazzjoni C3, operazzjoni li ġiet posposta minn Adolf Hitler innifsu biex l-Operazzjoni C3 tintbagħat l-Eġittu flok Malta peress li l-Eġittu kien hemm iktar bżonnha biex Rommel seta’ jkompli bil-missjoni militari tiegħu biex jerga’ jerbaħ l-art li t-Taljani stess kienu tilfu minn taħt idejhom.

F’dawn l-attakki ntlaqtet ukoll iktar minn darba b’bombi diretti il-knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp fil-Kalkara. Min jaqra l-ktieb tiegħi Mill-Glorious sal-Vitorja jista’ jsir jaf aktar dwar x’ġara f’dak iż-żmien. Ta’ min ifakkar ukoll dawk il-baħrin li kienu rnexxielhom jidħlu Malta waqt Operation Pedestal fejn ġo Bighi kienu ddaħħlu ħafna mill-baħrin li kienu ġarrbu xi ġrieħi jew mardu waqt din il-missjoni.

F’din l-iskola għaddejna żmien li jġibli nostaġija kbira f’ħajti meta niftakar fi sħabi u f’dawk l-affarijiet li għaddejna minnhom f’dawk l-erba’ snin li qattajna ġewwa Bighi. Minħabba li l-binja ta’ Bighi waqfet topera bħala sptar fl-1970, jiena niftakar li f’kamra minnhom, li kienet fis-sular terran magħluqa n-naħa tax-xatba minn fejn konna nidħlu għall-iskola, kien għad fadal xi sodod tal-ħadid milli kienu jintużaw meta kien għadu sptar.

Għandi rikordji sbieħ ta’ din l-iskola li jibqgħu ttimbrati ma’ qalbi. F’dak iż-żmien l-uniformi tagħna kienet tikkonsisti minn qmis blu skur, kemm tas-sajf kif ukoll ta’ xitwa, u flok qalzett griż konna nilbsu jeans blu. Dan kien iservi ta’ protezzjoni meta konna nkunu qed naħdmu fil-workshops. L-iktar parti li konna niffrekwentaw bla dubbju kien il-ground tal-futbol – mhux tat-terf jew tat-terf sintetiku, iżda pjattaform kbira tal-konkos! Kienet kbira biżżejjed biex konna nistgħu nilagħbu il-futbol 5-a-side.

L-aħħar sena skolastika konna spiċċajna madwar ħmistax-il student f’klassi waħda li kellha l-isem ta’ E4, jiġifieri Electrical year 4. Konna sirna ħaġa waħda qisna aħwa wara tliet snin flimkien, u minħabba li n-numru kien naqas ġmielu konna sirna iktar magħqudin.

Waħda minn dawk l-affarijiet li konna nieħdu gost nagħmlu kienet meta konna ninġabru filgħodu ftit passi bogħod mill-iskola fejn hemm l-appartamenti tal-gvern. Kien hemm grocer zgħir u hemm konna inqattgħu l-ewwel ftit ħin tal-ġurnata fejn konna nixtru xi panina jew tnejn u tal-grocer kien iħawwarhielna b’naqra butir, ġobon u perżut. Konna noqogħdu hemm sakemm isir il-ħin biex nidħlu l-iskola. Wahda mit-trampi li niftakar għamilt jiena kienet dik tal-imbierek żebbuġ mimli, xi ħaġa li għadni nħobb sal-lum il-ġurnata! Ġara li darba fost l-oħrajn iddeċidejna li nixtru kwart żebbuġ mimli biex waqt il-lezzjoni tal-matematika, lezzjoni li konna nħobbu wisq, kien ikollna xi ngerrmu waqt li is-Sur Miceli kien joqgħod jipprietka l-lezzjoni. Malajr gerrimna għax f’nofs lezzjoni l-borża tiegħi, li kienet fil-but tal-qmis, infaqgħet u spiċċajt imtlejt kollni żejt. Il-klassi ġiet riħa ta’ żebbuġ u bid-dahk li daħku sħabi, l-għalliem mill-ewwel induna b’dak li kien ġara u spiċċajt għamilt lezzjoni sħiħa barra l-klassi u fuqi riħa ta’ żebbuġ taqsam! Xorta minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-għalliem għax bis-saħħa taż-żebbuġ u ta’ dik il-lezzjoni barra mill-klassi kien ġabni konxju ta’ kemm qed nitlef ħin minn ħajti u bis-saħħa tiegħu rnexieli ngħaddi mill-eżami tal-aħħar tas-sena. Fortunatament kienet l-ewwel darba li kien irnexxieli ngħaddi mill-matematika kemm kont ili hemm! Iżda dak l-eżami li kien jgħodd kollox.

L-iktar ħaġa li ġġibli memorja ta’ dak iż-żmien hija r-rota għax biha konna mmorru lura lejn id-dar, għall-inqas dawk li kienu joqogħdu viċin. Jiena kelli x-xorti li kelli n-nannu tiegħi jgħix Bormla u b’hekk kelli viċin għall-iskola. Id-diski ta’ dawk iż-żminijiet ukoll, tant li meta nismagħhom illum il-gurnata, sitta u għoxrin sena wara, għadhom iġibuli nostaġija u tifkira, fosthom waħda partikulari li kien jisima Things can only get better minħabba li din id-diska kienet ħarġet eżatt meta konna qed nagħmlu l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena u kulħadd beda jipprepara ruħu għad-dinja ta’ xogħol.

Qażquż mhux tas-soltu

Qazquz mhux tas-soltu BDL Books

Qażquż żgħir b’żewġt irjus, li safa abbandunat biswit tempju Ċiniż, ġie adottat minn bniedem li nzerta għaddej mit-triq.

Il-qażquż, li nstab fil-belt ta’ Xinkou, għandu tlett widnejn u hu kapaċi jiekol biż-żewġt iħluq. Madankollu, il-piż taż-żewġt irjus ma jippermettulux li jqum fuq saqajh jew jimxi.

Yang Jinliang, is-sid il-ġdid tal-qażquż jittama li jikseb l-għajnuna mill-esperti tal-annimali, biex ikun jista’ jżommu. Dan peress li fil-lokal, sar ċelebrità man-nies.

Xi xhur ilu, f’Chongqing, twieled qażquż ieħor b’żewġt irjus, iżda miet tlett ijiem wara.

Misteru jew Miraklu?

ta’ Ronald Bugeja

Misteru jew Miraklu BDL Books

Ir-rakkont tal-lum se jlaqqagħna ma’ misteru uniku. Din il-ġrajja ġrat vera u l-esperjenza tagħha għadna nisimgħu biha sal-ġurnata tal-lum stess.

Ronnie kien jgħix man-nanniet tiegħu ġo dar antika n-naħa tal-Kottonera, fejn hekk kif issemmi l-isem tal-Isla naħseb li kull wieħed u waħda minna l-ewwel ħsieb li jgħaddilu minn moħħu jkun l-istatwa li ħafna devoti tagħha, li bla dubbju hija l-istatwa mirakoluża ta’ Ġesù Redentur. Id-devozzjoni lejn din l-istatwa prestiġjuża hija ferm kbira u magħrufa mal-Maltin u l-Għawdxin.

Iżda fil-ħajja, kif jgħidu, minn kollox issib u mhux wieħed jew tnejn issib lil minn jgħidlek li għal xi raġuni jaqbdu biża’ kbir meta jħares lejn din ix-xbieha. Ovvjament, l-istatwa tar-Redentur tirrappreżenta parti kbira minn dak li Sidna Ġesù Kristu għadda minnu fit-tbattija tiegħu.

Ronnie kien jorqod ġo kamra tas-sodda żgħira. Kulma kienet wiesgħa din il-kamra kienet żewġ metri b’erbgħa u kienet tant żgħira li lanqas bieb ma kien hemm fejn joqgħod allura kienu għamlu purtiera. Naħa minnhom tas-sodda kien iserraħ mal-ħajt u kien jifdal passaġġ żgħir b’wisa’ ta’ komodina biex toħroġ minn ġol-kamra. Din il-kamra, bħal ħafna bini antik, kellha xi ħaġa partikolari għax fuq sodda kien hemm bħal niċċa b’disinn ta’ erbat iċrieki magħquda f’wieħed għal forma ta’ salib. Ġo din in-niċċa kien hemm injama minn naħa l-oħra taċ-ċirku biex tifforma xkaffa. Din l-ixkaffa kienet miksija bid-drapp tal-pannu ta’ lewn aħmar. Din kienet isservi biex nanntu kienet tinxtagħal xemgħa quddiem stampa li kienet imwaħħla ma’ kartonċina tal-bennejja u mingħajr il-ħġieġa.

Din kienet stampa tal-istatwa ta’ Ġesù Redentur. Għal xi raġuni Ronnie kien dejjem jilmenta man-nanniet tiegħu biex jibdluh dak ir-ritratt u jagħmlu stampa ta’ xi qaddis ieħor jew tal-Madonna. Meta n-nanniet tiegħu kienu jistaqsuh għaliex ried hekk, Ronnie kien jgħidilhom li hu kien jibża’ minnu u kien jiddejjaq iħares lejh.

Darba fost l-oħrajn, waqt li kien lest fis-sodda biex jorqod, kien qiegħed jitlob it-talba ta’ filgħaxija kif kien imdorri jagħmel is-soltu u fit-talba tiegħu hu talab lil Ġesù u staqsieh għaliex qed kien qed jibża’ mill-istampa tiegħu.

“Għaliex niddejjaq inħares lejk meta jiena naf kemm tfisser għalina l-bnedmin?” U wara t-talba Ronnie raqad. L-għada filgħodu nannuh mar iqajjem lit-tifel għall-iskola kif kien jagħmel is-soltu iżda hekk kif ressaq il-purtiera u xegħel id-dawl, għajnejh marru dritt fuq din l-ixkaffa! X’kien ġara?

Huwa nnota li kien hemm xi ħaġa mhux f’postha! Dak il-ħin Ronnie kien għadu rieqed fil-fond u lanqas biss intebaħ li nannuh kien xegħel id-dawl tal-kamra. Din l-istampa kienet qiegħda fuq l-ixkaffa sserraħ sewwa mal-ħajt. Ħaġa tal-iskantament hija li din l-istampa għelbet waħedha għal fuq in-naħa tax-xemgħa bil-konsegwenza li n-nar ta’ mal-ftila mess mal-istampa u bdiet taqbad! In-nar irnexxielu jtaqqab l-istampa kif ukoll il-kartuna, iżda b’għaġeb liema bħalu n-nar tax-xemgħa ntefa u ma kompliex jaqbad.

Dak il-ħin nannuh stagħġeb, u peress li Ronnie kien għadu rieqed ma setax jevalwa eżattament x’wassal biex l-istampa għelbet.

Meta Ronnie telaq lejn l-iskola, kemm nannuh flimkien ma’ nanntu qagħdu jaraw x’seta’ ġara. L-ewwel ma ħasbu n-nanniet tiegħu kien li forsi hu stess prova jaħraq din l-istampa; iżda kif seta’ jekk hu ried sellum biex ilaħħaq ma’ din l-ixkaffa u l-unika sellum li kien jeżisti fid-dar kien jinżamm marbut fit-taraġ tal-bejt? Bejniethom bdew jirraġunaw. Nannuh qal li hu kien qam darbtejn mal-lejl, imma ma sema’ xejn u żgur li t-tifel ma kienx qam. Nanntu rrispondiet u qaltlu li hi tisma’ t-tokki tal-arloġġ tal-knisja, u għalhekk kieku qam u ħa s-sellum kienet sejra ma’ tismax lit-tifel iniżżel is-sellum? In-nannu żied jgħidilha li forsi pprova jleħħaq b’xi ħaġa biex ineħħiha, iżda huma baqgħu jsostnu li fl-ebda ħin ma semgħu xi ħsejjes ġejjin mill-kamra ta’ Ronnie.

Huma skantaw kif din l-imbierka stampa xejn ma kellha biex tieqaf taqbad! In-nar seta’ jibqa’ jinfirex anki minħabba li l-istampa kienet ġa bdiet taqbad u n-nar kien ġa taqqabha din l-istampa, u kif irnexxielha tegħleb waħedha ħadd minnhom ma kien jaf.

Kif mar lura id-dar, nannuh prova jieħu minn moħħ it-tifel x’seta ġara f’dak il-lejl ta’ qabel ma raqad iżda hu kien pront qal lil nannuh li hu kien talab lil Ġesù biex ineħħilu l-biża’ li jiġih meta jħares lejn Ġesù Redentur.
Misteru jew miraklu? Min jaf! Iżda li huwa żgur hu li kieku l-istampa ħadet in-nar kieku abbli kien jispiċċa jinħaraq hu wkoll minħabba li kienet eżatt fuq is-sodda u kien ferm faċli li kienet tieħu n-nar waqt li Ronnie jkun rieqed. Ma kinitx xi kumbinazzjoni iżda kien sinjal li Ġesù sema’ t-talba tiegħu u bagħatlu sinjal biex ma jibqax jibża’ minnu u jagħmel il-kuraġġ. Fil-fatt Ronnie baqa’ devot lejn Ġesù Redentur u l-istampa għadha ppreservata sewwa ġo gwarniċ magħluq.

L-imħabba ma tmut qatt

Jekk hawn xi ħaġa li tmut, żgur mhix l-imħabba. Fi żminijietna, din qed titlef minn qawwietha minħabba li d-drittijiet qed jisbqu d-dmirijiet u għalhekk kulħadd jippretendi li hu ugwali u li mhux bżonn wieħed tal-oħra u viċi versa.

Iżda din l-istorja tal-lum hi ferm differenti, għax George Kirby, li beħsiebu jiżżewweġ lil Doreen Luckie, ta’ 92 sena fit-13 ta’ Ġunju li ġej; dakinhar taż-żwieġ tiegħu jagħlaq 103 snin.

L-imħabba ma tmut qatt BDL Books

Hekk kif jiżżewġu, ikollhom flimkien 195 sena u 281 jum. Ir-rekord ta’ qabel kien ta’ 188 sena.

Madankollu, id-deċiżjoni li jiżżewġu ma tteħditx f’ħakka t’għajn: George u Doreen ilhom speċi ta’ jinnamraw għal 27 sena.

Huma ltaqgħu fl-1988 meta t-tieni żwieġ ta’ George intemm f’divorzju u Doreen kienet romlot. George u Doreen se jiżżewġu fil-belt tagħhom ta’ Eastbourne, fix-Xlokk tal-Ingilterra.

Melodie Grima

Melodie Grima is currently a lecturer with the department of Computing & I.T. at the University of Malta Junior College. After obtaining a BSc degree in Maths & Computing she also progressed to obtain the teaching warrant by following a post-graduate certificate in Education (PGCE). Ms Grima started her teaching career in 1996 at Paolino Vassallo Upper Lyceum (now part of MCAST) and in 1997 joined the Junior College Department of Computing & IT. To date she has been teaching Computing at Advanced Level and Intermediate Level. She also serves as a paper setter and paper marker for Computing Examinations of a major examination board.

Gift Vouchers

[woo-product-slider-pro id=”32536″]

[woo_product_slider id=”71261″]

Eku tal-Gwerra l-Kbira

BDL Books - Laqtiet

Mur ara kieku dan il-mutur kellu jinstaq f’Malta minn xi sewwieq li jitlagħlu malajr fit-traffiku… xi straġi jwettaq!Kif qegħdin taraw, dan hu mutur uniku, li armat fuqu għandu machine-gun. Dan intrama kważi mitt sena ilu, għall-Ewwel Gwerra Dinjjija.

L-istess vettura perikoluża kienet intenzjonata li tintuża mill-armata Russa, iżda sa meta kellu jintbagħat, Lenin ħareġ mill-gwerra minħabba r-Rivoluzzjoni Russa, u għalhekk qatt ma tħaddem.

Numru ta’ muturi tad-ditta Matchless, li jlaħħqu għal 250 wieħed, inbiegħu bi rkant fl-1918, u minnhom inġabru €90 il-wieħed – iżda wieħed mill-aħħar mudelli li fadal, mistenni jinbiegħ għal €41,956.

Iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni juru li l-ewwel sid tiegħu kien Edward Foster, minn Dorchester f’Dorset, iżda ftit kienet magħrufa l-istorja tiegħu sa ma fl-1998 inxtara minn Chris Roberts, entużjast tal-Ewwel Gwerra Dinjija.

Il-mutur jinsab f’kundizzjoni kważi perfetta, għax għal dawn l-aħħar sittin sena kien maħżun sew f’post bla umdità.

Chris, li hu membrtu tas-Soċjetà tal-Gwerra l-Kbira, se jirrestawra l-mutur skont l-ispeċifikazzjonijiet oriġinali tiegħu, li kienu jinkludu l-machine-gun Vickers. Din għandha tliet mounts separati biex min ikun se jispara minn fuq il-mutur ikun jista’ jagħmel dan fid-direzzjonijiet kollha.

Il-mutur hu wieħed minn tlieta biss fil-pajjiż, li kienu armati bil-machine-gun; it-tnejn l-oħra jinsabu fil-mużewijiet – u dan hu l-uniku li għadu sħiħ, magħmul mid-ditta Matchless.

Skont l-irkantaturi ‘Bonhams’ kien mistenni li għalih jitħallsu bejn €34,963 u €41,956.