Is-snin qed jgħaddu ġmielhom. Ninsabu fl-1963. Għandi 12-il sena, u barra milli bosta affarijiet milli jirrakkuntawli n-nanniet u z-zijiet, jien ma niftakarhomx u għalija qishom xi ħaġa tal-ħolm, madankollu qed nixhed li ċerti tibdiliet qed iseħħu madwari b’mod mgħaġġel. Forsi għax il-ħtieġa hi omm l-invenzjoni.
L-aktar ħaÄ¡a li tispikka din is-sena, hi l-introduzzjoni tat-toilet paper bl-isem Tana. Pakkett b’żewÄ¡ rombli karti iÄ¡jeniÄ‹i għall-imsieħ tal-warrani. Dawn ir-rombli jinsabu f’borża tal-plastik, li fuq il-faċċata tagħha hemm stampa tal-funtana ta’ Tritoni, li nħadmet mill-iskultur ÄŠensu Apap erba’ snin ilu.
Dan l-imbierek toilet paper qed jirrivoluzzjona l-ħajja tagħna l-Maltin, għax sa ftit qabel ġie introdott, l-iġjene kien xorta oħra.
Hawn Malta, in-nanniet kienu draw iqattgħu kwadraturi ta’ drapp minn xi liżar qadim u jberflulhom l-erba’ nħawi biex iservu flok it-toilet paper. Ma’ rokna minnhom iħitulhom ħolqa, biex tiddendel ma’ musmar fil-kamra l-baxxa u kull min jidħol jinqeda, jieħu din iċ-ċarruta u jsib post nadif biex jużah.
Ta’ kuljum, din iÄ‹-Ä‹arruta kienet titneħħa u tintefa’ f’barmil taż-żingu li jkun fih l-ilma bis-sapun u Ä¡ieli ma’ oħrajn, titħalla fih. F’xi Ä¡ranet, in-nanniet, l-ommijiet jew iz-zijiet, jaqbdu injama apposta u joqogħdu jdawru l-biċċiet użati għall-iskop ta’ iÄ¡jene, ħalli jnaddfuhom sew mit-tebgħat. Meta jidhrilhom li jkunu rħew sew, itellgħuhom mill-ilma tas-sapun u jgħalluhom fuq il-primus, wara li jogħrkuhom bis-sapuna taÄ‹-Ä‹avetta – li hi sapuna ħadra jew safra, li qajla taħfinha f’id waħda – u fuqha hemm minqux muftieħ.
Wara l-ħasil u t-tlaħliħ ta’ dawn iċ-ċraret, il-qilla tax-xemx tagħmel tajjeb biex tkompli tneħħi għal kollox kull tifkira ta’ użu minn dik iċ-ċarruta.
L-istess isir fil-każ tat-trabi. Lil dawn ifisquhom f’ħarqa bi qlejba fuqha biex tmiss ma’ laħam it-tarbija, u jħammġu fiha. Il-ħarqa hi speċi ta’ xugaman u l-qlejba hi magħmula minn drapp irqiq u ifjen minntal-lożor. Meta tarbija tħammeġ, jitwarrab il-ħmieġ, u l-ħarqa u l-qlejba jgħaddu mill-istess proċess taċ-ċraret l-oħra.
Jingħad li qabel is-snin ħamsin, għall-istess skop, in-nies adulti kienu jagħmlu użu wkoll mill-ixkejjer bojod tad-dqiq. Wara, kien hemm ukoll min jaqta’ kwadraturi tal-paġni tal-gazzetti u jutilizza dawn il-karti. Min kien jagħmel hekk ma kienx jaf bid-dannu li seta’ jagħmel lil saħħtu.
Raġel anzjan imrobbi l-Qala, Għawdex irrakkuntali li jiftakar iż-żmien meta ta’ tfal żgħar, hu u ħutu kienu jmorru f’xatt il-baħar f’Ħondoq ir-Rummien wara maltempati qliel, li jtellgħu ċ-ċagħaq l-art. Minnhemm jiġbru ċ-ċagħaq ċatt, jitfgħuh fil-ġwielaq marbutin ma’ madmad u jmorru lura r-razzett. Hemm jaħslu ċ-ċagħaq fl-ilma tal-bir u jnixxfuh. Imbagħad iqegħduhom f’kannestri tal-injam ħdejn il-vaska tad-WC, li kien ikun ħdejn il-mandra tar-razzett, u jintużaw flok toilet paper.
Xħin użata, kull ċagħqa tintefa’ fi friskatur bl-ilma bis-sapun u meta ċ-ċagħaq jimtela mhux ħażin, idawruh b’injama u jitfgħu kollox f’rokna fil-ħamrija. Żmien wara jerġgħu jnaddfu ċ-ċagħaq fl-ilma nadif, inaddfuh u jerġgħu jużawh.
Sewwasew fil-kantuniera l-oħra fi Triq Irjali, kif taqbeż ir-Radio City, lejn il-Ħamrun, qabel ma titla’ l-isqaq għall-forn tal-Bażikk, hemm ħanut Ä‹kejken ferm – toqba kollox, li r-raÄ¡el xwejjaħ li jkun fih, Ä anni, jaqli u jbigħ l-imqaret tat-tamal. Imqaret, li fietla u mhux jaħarqu, joħolqulek benna tal-għaÄ¡eb fil-ħalq.
Il-bigilla tkun qisha f’kaldarun fejn tinżamm sħuna. Meta n-nanna tibgħatni nixtri b’xi sold, jaqbad karta strazza, jagħmilha forma ta’ lembut u jitfagħli fiha. Imbagħad ikollu flixkun b’likwidu aħmar – aktarx bżar aħmar misħuq u miżjud b’xi żejt — u jferrixli fuq il-bigilla. Appena jitfa’ l-bigilla fil-lembut u qabel ma jitfagħli l-bżar, jagħlaq il-kaldarun bl-għatu.
Aktar tard mal-jum, it-tiġieġ jibdew iqaqu. Huma ma jagħmlux dan għalxejn, iżda bi twissija li jkunu biedu bajda. Meta nkun id-dar, noħroġ niġri fit-terrazzin u niġborha sħuna sħuna minn taħtha, għax inkella, ġieli jnaqqruha b’munqarhom. It-tiġieġ tagħna jbidu jum iva u jum le.
Għandi qatla għax la l-papà ,la n-nanna u lanqas in-nannu ma jkunu jriduna bil-flokk ta’ taħt jew ħafjin fit-triq. Għalhekk nobgħod meta jkun jonqos xi ħaÄ¡a, imqar mingħand Marija tal-grocer, li hi tliet bibien ’il bogħod minna. Jintesa t-tgergir meta Marìjew żewÄ¡ha Ä orÄ¡ jiftħu xi landa perżut li fiha jibqa’l-grass. Kulħadd, l-aktar aħna t-tfal, bil-Ä¡irja min jixtri dak il-grass, għax fih togħma tajba wisq. Id-dar, in-nanna Ä¡ieli ssajru mal-kawlata.
Meta ddeċidejt li nippubblika dan il-ktejjeb ma kelli l-ebda ħsieb li nivvendika ruħi. L-istorja tiddisprezzah il-ġlied ta’ importanza ċkejkna u m’għandha l-ebda interess fil-motivi personali tal-bniedem. Is-Sur V. de Gray ikollu jiġġustifika għemilu mal-istess kuxjenza tiegħu u ħadd m’għandu jidħol bejniethom.
That the Maltese possess the flexibility to adjust their mental outlook for the fulfilment of this task has been proved by the comparative ease with which the Labour movement has succeeded in inserting the rudiments of modern democratic ideals and social services into the foundations of the old structure.
Għandi ħbieb Ä¡odda. MaÄ¡enbna Ä¡iet familja kbira, ta’ Baldacchino. Il-missier għandu t-teatru Radio City f’idejh u hemm jintwerew films sbieħ. Meta jkun hemm xi film tassew tajjeb Ä¡ieli mmur man-nanna jew maz-zija Connie. Niftakar sew Marcellino… pane e vino u ieħor tal-biża’ ta’ Dracula, fejn xi xbejbiet li Ä¡ew jarawh, ħarÄ¡u għax beżgħu u dħakt bihom.
Illum ma nistax ngħid li jien spiċċajt l-eroj. Anzi. Min jaf x’se jgħiduli n-nanna u n-nannu xħin jarawni d-dar. Ir-reċta tal-film li rajna l-bieraħ, ta’ suldati jiġru kontra l-għedewwa swietli ħażin. Naturalment, jien u ħbiebi tal-iskola lkoll konna l-eroj waqt il-break it-twil, minkejja li konna grupp kontra ieħor.
Hi ħajja differenti li fis-sajf ikollok post ħdejn il-baħar. U bħalissa hekk qed nagħmlu. Qed noqogħdu Buġibba għas-sajf. Il-papà jibqa’ ġewwa, għax ix-xemx u l-baħar ma jħobbhomx u jien u ħuti, mal-mamà u n-nanna ninżlu ħdejn il-baħar.
Moħħ iz-ziju Willie jaħdem mhux ħażin. Minħabba f’dawn il-problemi naturali ħaseb għal speċi ta’ WC privat li kull xħin xi ħadd jużah imur ibattlu. Naturalment l-aktar li jaqa’ dan ix-xogħol ikun fuqi, fuq ħija Paul u forsi tnejn oħra li mhumiex ċkejknin wisq.