Minn Charles B. Spiteri
Fis-snin 50, Laurence Mizzi u Carmen Spiteri ltaqgħu fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, li b’paragun mal-lum setgħet b’xi mod titqies bħala l-Paceville ta’ dawn iż-żminijiet. Kienu jippassiġġaw, ġuvintur għalihom u xebbiet għalihom. Raw lil xulxin u Laurence inġibed lejn Carmen. Peress li t-tnejn kienu għalliema, u kien se jkollhom social fl-iskola primarja tal-Furjana, Laurence waħħalha f’rasu li jmur u jiżfen magħha, minkejja li għadu ma jafx jiżfen sal-lum. ġara li lil Carmen stedinha ħaddieħor qablu u kellu jistenna sa ma mbagħad qabad magħha hu u baqgħu jiżfnu flimkien.
Qabel is-social, għal darbtejn fuq xulxin kien bagħat jistaqsiha ma’ xi ħbieb xtaqitx tkellmu u t-tweġiba tagħha kienet id-darbtejn ‘le’. Fl-aħħar iltaqa’ ma’ ħabiba tagħhom it-tnejn, li kienet sejra għand Carmen biex tagħtiha ktieb li kienet silfitha u Laurence talabha tgħidilha tisilfu lilu. Carmen, ħasset li ma kellhiex terġa’ tgħidlu le u allura silfithulu minkejja li lanqas kien tagħha. Wara t-tislif tal-ktieb, Laurence ġie f’kuntatt dirett ma’ Carmen biex irritornalha l-ktieb, u meta staqsieha riditx toħroġ miegħu, aċċettat.
Għall-bidu kienu jiltaqgħu bil-moħbi fid-dar ta omm Laurence u wara kienu jmorru passiġġata qasira. Carmen kienet beżgħet ittarraf lil ommha bin-namrat tagħha, peress li kienet mara stretta ħafna.
Laurence hu t-tieni tifel fil-familja ta’ sebat itfal – sitt subien u tifla, waqt li Carmen hi l-kbira minn sitt aħwa.
Kellem lil missierha
Darba, Carmen ħeġġet lil Laurence imur ikellem lil missierha. Hu aċċetta bil-qalb u meta rah għaddej mit-triq, resaq fuqu u kellmu. Missierha ħares lejh u qallu “mela le, kollox sew, mhix problema”. Naturalment induna li kien ġuvni serju u bi ħsieb ġenwin.
Ladarba ommha saret taf bl-aħbar minn żewġha, Laurence beda jidħol għandhom ukoll. Il-ħruġ ta’ nhar ta’ Ħadd ma naqasx, iżda dejjem bix-chaperone, bil-għassa magħhom. Fix-xitwa kienu jmorru l-Belt f’xi ħanut tal-kafè u fis-sajf għal xi ġelat f’Wied il-Għajn. Iżda dejjem bl-għassa magħhom.
Kif jirrakkuntaw Laurence u Carmen, id-dixxiplina fl-antik kienet fl-aqwa tagħha. Jiftakru meta attendew għall-kors tat-tħejjija għaż-żwieħ, mill-Moviment ta’ Kana, għand l-Agostinjani f’Ħal Tarxien. Naturalment weħidhom – ħaġa li lil omm Carmen ma għoġbitha xejn.
Biex kollox jagħqad, fl-aħħar tal-konferenzi, Dun Charles Vella kien għażel lil Laurence biex jagħmel erba’ kelmiet għan-nom tal-koppji għarajjes, u għalhekk damu ftit aktar mis-soltu. Meta waslu d-dar, ommha tatha ħasla liema bħalha. Iżda dawn kienu affarijiet komuni, tista’ tgħid mal-għarajjes kollha.
L-għerusija ta’ Laurence u Carmen ħadet ftit snin u dan minħabba li dak iż-żmien, għalliema mara riedet taħdem għal mill-inqas sentejn, inkella teħel multa. Barra minhekk, jekk għalliema mara taħdem ħames snin, kienet tingħata l-gratuity meta tiżżewweġ u għalhekk qatgħuha li jistennew sa ma jieħdu din is-somma.
Iċ-ċrieket tal-għerusija berikhomlhom ħu Laurence – Patri Massimiljan Mizzi ofm conv., assistit minn Patri Innoċenz Delia, Kapuċċin, li kien ħabib tal-familja Spiteri. Wara t-tberik taċ-ċrieket kellhom festin familjari ċkejken fid-dar tal-ġenituri tal-għarusa.
‘Kaċċa’ ghal dar

Mal-għerusija bdiet il-‘kaċċa’ għad-dar tal-koppja ġdida. Jirrakkuntaw li kien diffiċli ferm issib fejn toqgħod. Iżda bil-ħniena ta’ Alla, ħabib ta’ Laurence qallu b’appartament vojt fl-Isla. Laurence fittex lis-sid, li kien joqgħod Qui Si Sana, sabu, u dak aċċetta li jikrihulu. Dan l-appartament kien fir-raba’ sular, iżda peress li kien twaqqa’ fil-gwerra reġa’ nbena mill-ġdid u kważi kważi żanżnuh huma.
Biċ-ċavetta tal-post fejn joqogħdu f’idejhom, Laurence u Carmen taw id-data taż-żwieġ. Kienet it-22 ta’ Settembru tal-1957. Il-knisja għaċ-ċerimonja kienet il-parroċċa ta’ Kristu Re, f’Raħal Ġdid u ċ-ċelebrant reġa’ kien ħu Laurence. Ix-xhieda tat-tieġ kienu
Lewis Portelli (illum mejjet, u li kien jaħdem ma’ Laurence fid-Dipartiment tal-Informazzjoni) u Victor Attard (mejjet ukoll).
Laurence u Lewis kienu ħbieb kbar, għax mhux biss kienu jiltaqgħu fuq ix-xogħol normali tagħhom, iżda t-tnejn kienu dilettanti tal-isport. F’dan il-qasam, Lewis ta sehem fix-xandir bir-Rediffusion u t-televiżjoni.
Wara l-quddiesa tat-tieġ, li saret filgħodu, il-miżżewġin friski kellhom riċeviment fir-Reġina Hotel, Tas-Sliema. Hemmhekk sabu tilqagħhom lill-orkestra ta’ Vinnie Vella (il-missier) li dik il-ħabta kien jaħdem ukoll mad-Dipartiment tal-Informazzjoni.
Wara r-riċeviment bdew il-qamar il-għasel billi għal-lejl marru f’lukanda Għajn Tuffieħa u l-għada siefru bl-ajruplan għal Katanja. Minn hemm għal Ruma, Venezja, Innsbruck u Vjenna fl-Awstrija.
Interessanti li fl-istess jum, iżżewġet koppja oħra minn Wied il-Għajn, Lino u Rose Debono, li mhux biss kienu ħbieb ta’ Laurence u Carmen, iżda bħalhom kellhom lill-istess patri Karmelitan, li kienu jqerru għandu u jieħdu l-pariri mingħandu. Għalhekk meta ż-żewġ koppji siefru għal qamar il-għasel, il-Patri tela’ magħhom ukoll. Iżda ladarba waslu fl-ewwel destinazzjoni, kulħadd mar għal rasu.
Tilfu r-‘rapido’
Wara madwar 20 ġurnata barra, lil Laurence qabditu l-influwenza u xtaqu jiġu lura malajr. Għalhekk, l-aħħar vjaġġ bil-ferrovija riedu jagħmluh bir-rapido u ħallas aktar għalih. Iżda bi żball qabdu ferrovija b’oħra u ħadu l-qatgħa ta’ ħajjithom, għax beżgħu li se jitilfu l-ajruplan għal Malta. Dak iż-żmien, l-ajruplan minn Katanja għal Malta kien jagħmel it-titjira tiegħu kull tlett ijiem.
Għalhekk, xħin waslu fl-istazzjon tal-ferrovija, Laurence sab tassist u qallu jwassalhom l-ajruport fl-inqas ħin. Dan mhux saq bihom, iżda tar. Meta mbagħad Laurence ġie biex iħallsu, sab li ma kellux flus Taljani biżżejjed, u t-taraġ tal-ajruplan telgħuh imbuttati b’kantaliena ta’ kliem ‘aktarx mhux xieraq’ bl-Isqalli. Fl-ajruplan sabu lill-passiġġieri kollha marbutin biċ-ċinturin. Kienu qed jistennew lilhom u kienu diġà sejħulhom xi darbtejn. Il-Bambin reġa’ daħal għalihom.
Lura Malta, Laurence u Carmen bdew jaħsbu għall-familja u wara sena u xahrejn, fl-Isla, twelditilhom l-ewwel tarbija tifel – Alex, illum direttur tal-HSBC, li hu miżżewweġ lil Marlene u għandhom tifla jisimha Carole.
Tliet snin u nofs wara, il-koppja Mizzi saret taf b’dar li tbattlet f’Raħal Ġdid, irsistiet kemm felħet u spiċċat marret toqgħod fiha. Aktar tard, fl-istess lokalità Laurence u Carmen xtraw biċċa art u bnew darhom. Ftit wara twelditilhom it-tifla – Joanna, li hi direttriċi fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Hi miżżewġa lil Noel Genovese u għandhom żewġt itfal: Jamie u Colleen. B’hekk, Laurence u Carmen huma nanniet ta’ tlieta.
Imġiegħel jitlaq mix-xogħol
Laurence għandu kliem ta’ tifħir għal martu għax kellha ssofri miegħu d-diffikultajiet kollha li għaddew minnhom tul ħajjithom miżżewġa. Isemmi s-seba’ xhur sospiż fl-1977 għax kien obda direttiva tal-Unjon; il-MGCU (illum UĦM). Iżda l-agħar esperjenza li kellu, kienet li kien imġiegħel jitlaq għaxar snin qabel it-tmiem tal-impjieg tiegħu minn mal-Gvern, fl-1983.
Fl-1986, wara li l-Awtorità tax-Xandir twaqqfet mill-ġdid, Laurence inħatar membru tagħha u tliet snin wara ngħata l-kariga ta’ Chairman fejn dam erba’ snin. Dawk kienu l-aktar snin ibsin għall-Awtorità. Fl-ewwel snin għax kienet ġejja l-elezzjoni u kulħadd kien taħt pressjoni qawwija u mbagħad, meta laħaq Chairman, daħal il-pluraliżmu fix-xandir. Kien hu li f’isem l-Awtorità ħareġ il-liċenzji lill-istazzjonijiet Radio 101, Super One Radio u lill-RTK.
Illum il-ġurnata, minn fuq Laurence u Carmen għaddew 50 sena ta’ żwieġ. Ħamsin sena bis-sabiħ u l-ikreh tagħhom, iżda kif wiegħdu dakinhar li ngħaqdu bħala koppja, kienu lesti għalihom u ħaduhom b’sabar li saħħaħhom u wettaqhom aktar f’imħabbithom. Għal dan kollu kemm Laurence kif ukoll Carmen, jirringrazzjaw lil Alla, li żamm idejh fuqhom u seddaqhom bil-barkiet, lill-ġenituri tagħhom u lil dawk kollha li b’għemilhom tawhom il-formazzjoni Nisranija.
Għall-56 sena anniversarju kellhom quddiesa għand il-Klarissi, San Ġiljan, fejn qaddsilhom Patri Victor Spiteri, ħu Carmen, peress li Patri Massimiljan, kien indispost. Wara, flimkien mal-familjari marru f’lukanda u kellhom pranzu.
Il-valuri morali
Mitlubin jagħtu l-fehma tagħhom fuq il-valuri morali tal-antik, il-koppja Mizzi qalet li dak iż-żmien tant kienu qawwija, li jmorru fejn imorru qatt ma abbużaw. Jemmnu li l-valuri ħadu daqqa ta’ ħarta bit-teleserials Amerikani fuq it-televiżjoni, fejn jippruvaw juru li xejn m’hu xejn. Kienu huma li daħħlu l-libertinaġġ. Imbagħad ġie kollox ma’ kollox. U fejn dari konna nidħlu d-dar fid-disgħa, iż-żgħażagħ tal-lum ikunu għadhom lanqas biss ħarġu.
Semmew ukoll il-valur tal-onestà, fejn dari, jekk issib xi flus jew affarijiet oħra, kont tmur dritt tagħtihom lill-kappillan.
Għall-mistoqsija fuq x’jaħsbu għall-ħafna żwiġijiet qed jaslu għal separazzjoni, Laurence u Carmen jemmnu li dan kollu hu riżultat tan-nuqqas tal-valuri Nsara. Fi żmienhom, il-Kmandamenti kellhom il-valur tagħhom. Valur li ma jinbidilx. Illum, minn stħarriġ li sar fost l-istudenti universitarji, numru kbir minnhom qalu li ma jsibu xejn Ħażin is-sess qabel iż-żwieġ. Fi żmienhom, din l-affari lanqas kienet tgħaddi minn rashom.
Laurence qal li kull żwieġ ikollu l-problemi għax raġel u mara mhumiex identiċi, lanqas fil-fehma, iżda koppja għandha tilħaq il-kompromessi u tfittex il-komprensjoni, mhux tieħu r-raġun parzjali u egoistiku.
Carmen hi tal-fehma li fin-nuqqas ta’ qbil, koppja għandha tirrikorri għall-pariri, speċjalment ta’ saċerdot, għax meta sija r-raġel kif ukoll il-mara, jiftħu qalbhom ma’ konfessur, diġa’ jkunu qed itaffu mill-istress li jkunu għaddejjin minnha. Il-verità hi li llum, ftit huma ż-żgħażagħ li jemmnu f’din it-terapija.
Interessanti wkoll li dari, rari kont tisma’ b’separazzjoni jew b’xi xbejba b’tarbija barra ż-żwieġ. Fl-antik, f’Raħal Ġdid kollu jiftakru b’persuna waħda biss li kien se jkollha tarbija hekk. U kulħadd ilissen il-kelma ‘miskina’. Jiftakru wkoll li biex dawn in-nisa jwelldu, kienu jintbagħtu Għawdex. Illum il-ġurnata, f’pajjiżna, terz tat-trabi qed jitwieldu barra ż-żwieġ. U dawn l-affarijiet saru qishom m’huma xejn, għax il-valuri ttappnu.
Sess qabel iż-żwieġ
Laurence jirraġuna li s-sess qabel iż-żwieġ hu ħażin mhux għax ma jridux Alla, iżda Alla ma jridux għax hu ħażin. L-istess id-divorzju. Hu ħażin mhux għax ma jridux Alla, iżda Alla ma jridux għax hu ħażin fih innifsu. Jaf kif ikisser is-soċjetà kullimkien.
Fl-Amerika hemm aktar min-nofs iż-żwiġijiet li jispiċċaw f’divorzju, u hemm min jiżżewweġ tlieta u erba’ darbiet.
Bħala messaġġ lill-koppji żgħażagħ, Laurence u Carmen huma tal-fehma li dawn għandhom jirrispettaw u jħobbu tabilħaqq lil xulxin, iwarrbu l-egoiżmu, li hu l-għadu taż-żwieġ. Apparti dan jisħqu li l-valuri Nsara huma l-garanzija tal-kuntentizza. Ħadd m’għandu jħares lejn dawn il-valuri bħala jasar, iżda bħala sinjal ta’ gwida għal ħajja hienja.
‘True Love Waits’
Semmew ukoll li ftit snin ilu, fl-Amerika, grupp ta’ żgħażagħ reġgħu bdew jirrestawraw il-valuri. Semmew il-grupp tagħhom: True Love Waits. Jintrabtu li ma jagħmlux sess qabel iż-żwieġ. U fih hemm eluf ta’ membri żgħażagħ li kapaċi jagħmlu wegħda.
Carmen iżżid tgħid li meta koppja taqa’ fis-sess qabel iż-żwieġ, iż-żwieġ bħala Sagrament ma jibqagħlu xejn x’joffri. Terġa’ llum, il-materjaliżmu għolla ferm rasu u ż-żgħażagħ qed jippruvaw jagħmlu affarijiet li ma jifilħux għalihom. Dan qed iwassal biex koppja miżżewġa friska jintefgħu għal xogħol wara ieħor bla ma jiltaqgħu u ma jdumux ma jfeġġu quddiemhom bosta problemi li jheżżulhom iż-żwieġ tagħhom.
minn Charles B. Spiteri
L-ekologu Dan Wrench qal li kultant, friefet rari bħal dan ikollhom disinn li jixbah ras ta’ mewt. Farfett simili ntuża fil-kartellun tal-film ‘Silence of the Lambs.
It-tieġ ta’ Emanuel Mifsud u Josephine nee Micallef kien kemmxejn differenti minn tiġijiet oħra. Ir-raġunijiet kienu varji, iżda forsi l-aktar waħda mhux soltu kienet il-ħtieġa tal-permess (jew bolol) biex jiżżewġu. U dan, minħabba li l-għarajjes kienu sekondi kuġini! Bolol, li spiċċaw sarulhom wara li żżewġu.
Min-naħa tagħha, Josephine spiss kienet tmur għand oħt Emanuel, li kienet titlobha tagħmel dan biex timlielha ftit mill-vojt li kkaġunatilha l-mewt ta’ ommha. Josephine tirrakkonta li f’oħt Emanuel kellha oħt oħra, tant li kienet tgħinha wkoll f’xi xogħol tad-dar. Iżda sa dak iż-żmien, la hi ma kellha ħsiebha f’Emanuel u lanqas hu.
minn Charles B. Spiteri
Victor Mario Abela, Ħamruniż, qabad ma’ martu Carmen b’imħatra ma’ ħabibu għal flixkun cola. Kien student fil-Kulleġġ De La Salle u l-ħabib tiegħu Guido Camilleri, li darba raha l-Kalkara fejn kienet tgħix, qallu li xtaq ikellimha, iżda kien jistħi. Victor inkoraġġieh jersaq lejha u fl-aħħar għamlu l-imħatra bejniethom li allura jkellimha hu.
Allura meta ngħata l-erba’ biljetti li kull attur kien jingħata biex jistieden lil min ried, Victor sab l-opportunita’, waqqaf lil Carmen, qalilha li hu ħabib ta’ ħutha, u li japprezza ferm kieku tattendi għar-reċta. Hi weġbitu li l-problema kienet il-mama’ tagħha, iżda hu għeleb din il-problema billi taha żewġ biljetti, biex tieħu lil ommha magħha.
L-għerusija ta’ Victor u Carmen damet madwar seba’ snin, u dan għall-fatt li hi daħlet il-College tal-għalliema mill-ewwel u hu baqa’ barra minħabba li marad missieru. Xtaq jattendi l-Universita’ biex jaqbad il-professjoni ta’ avukat. Meta ra applikazzjoni għal għalliem, tefagħha, u ngħażel. Għamel żmien jgħallem ukoll lill-persuni neqsin mid-dawl. Wara, mar il-College, intbagħat jgħallem fi skola primarja u aktar tard intbagħat jgħallem fis-sekondarji.
Il-familja ta’ Carmen hi waħda numeruża, u biex Victor ikollu l-mistednin, stieden lil tal-familja u lill-ħbieb li kienu miegħu l-Kulleġġ tal-Għalliema. It-tie; ħallsuh l-għarajjes.
Meta jitrattaw id-dixxiplina, jaqblu li saret taqliba enormi tul 50 sena. Dari, il-qofol ta’ kollox kienu: il-kappillan, in-nutar, is-surġent u l-għalliem. Għan-nies, dawn l-individwi kienu qishom il-Kunsill Lokali. Isemmu li fl-istess żmien, meta ssir il-Parents’ Day, minkejja li ħafna ġenituri ma kinux jafu jiktbu, kienu jattendu biex jaraw kif sejrin uliedhom. Illum ftit huma dawk li jagħtu kas uliedhom. Mhux biss, talli dari, studenti li ma joqogħdux sew, kienu jingħataw xi daqqtejn bir-riga. U ebda ġenitur ma kien imur għas-sodisfazzjon, għax kien jemmen fid-dixxiplina, iżda llum, anki jekk iżżiegħel b’xi student, jakkużawk li qed tabbuża minnu.
Miktuba minn Fiona Vella
Għall-ewwel, fil-11 ta’ Frar 1823, kollox kien miexi ħarir u kif suppost. It-tfal inġabru bħas-soltu u ttieħdu jisimgħu quddiesa l-Furjana. Madanakollu, did-darba, iċ-ċerimonja damet ma ntemmet siegħa aktar mis-soltu u għalhekk meta dawn it-tfal twasslu sal-Knisja ta’ Ġieżu, il-festeġġjamenti tal-Karnival kienu laħqu spiċċaw. B’hekk, il-wasla tagħhom ħabtet mal-ħin meta n-nies li kienu qed jieħdu sehem fil-briju tal-Karnival, bdew jirritornaw lejn djarhom. U l-bużillis inqala’ meta numru ta’ tfal u adulti oħra li saru jafu b’din l-attività f’Ta’ Ġieżu, tħalltu baxx baxx mat-tfal l-oħra bil-ħsieb li jieħdu xi ħaġa anki huma.
Infatti, numru ta’ tfal inħarrġu barra t-triq mejta, oħrajn b’ħass ħażin kbir fuqhom u oħrajn fi stat pjuttost ħażin. Eventwalment instab illi 110 tifel tal-età bejn it-8 u l-15 il-sena kienu mietu fgati billi ġew magħfusa fi spazju żgħir jew minħabba li ntrifsu waqt il-konfużjoni li nqalgħet.
Fil-fatt, huwa pprovdini b’immaġni tal-antenat tiegħu, il-Markiż Giuseppe De Piro li dakinhar tal-inċident, kien qed imexxi lir-reġiment tas-suldati tar-Royal Malta Fencible. Barra minn hekk, huwa għaddieli wkoll ritratt tal-Ġeneral Sir George Whitmore flimkien ma’ illustrazzjoni antika li probabbilment turi din it-traġedja, li pinġha l-ġeneral stess, peress li hu kien qed iservi f’pajjiżna f’dak il-perjodu.
Tissue Paper Flowers are simple, quick, and inexpensive. They are a thoughtful hand made gift that is easy to customize, looks beautiful, and can last a long time. You can whip up a dozen flowers in about an hour. It’s a perfect gift or decoration for Valentine’s Day!


