Description
Nina u Alex huma zewg zghazagh jinhabbu. It-tnejn ghadhom zghar, mohh ir-rih. Alex ihobb hafna muzicista, izda Nina kienet tahsibha xort’ ohra.
F’hajjitha, habta u sabta, jidhol karattru Awstrijak li nzerta fuq btala f’Malta. Dan ried jaghmilha martu akkost ta’ kollox, sa wieghdha l-Genna fl-art.
Min kien dan il-karattru li jidhol f’hajjitha hekk habta u sabta u li sahansitra offrielha l-gid kollu tad-dinja? U x’taghmel Nina b’Alex? U lil missierha ghaliex hallietu lampa stampa bla ma qaltlu xejn?
Ghal Alex ma kien fadal xejn hlief tifkiriet li jfakkruh fl-imghoddi tieghu ma’ Nina. NIna hallietlu biss is-solitudni… Maghfus minn dwejjaq kbar jaghti ruhu b’mirbuh u jintefa’ jolfoq it-telfa ta’ l-imghoddi li darba tbissimlu u raddlu l-hena.
Minn dak in-nhar li hallietu ghaddew hmistax-il sena… u l-grajja baqghet sejra… ma ntemmitx… ma ndifnitx mal-firda.
