Description
Dan il-ktieb qiegħed imfassal biex jgħinek u jiggwidak ki għandek tipprepara u tistudja l-idjomi għal diversi sillabi fosthom: tal-Primarja, tal-Liċej, tas-Sekondarja. Dan il-ktieb hu miktub minn għalliem tal-Malti u għalhekk l-informazzjoni li fih hi ppreżentata b’mod ċar u konċiż.
Fih jinkludi:
- ġabra ta’ idjomi miġbura taħt temi differenti;
- definizzjoni ta’ kull idjoma;
- l-użu ta’ kull idjoma f’sentenza;
- definizzjon ta’ kliem tqil wara kull tema;
- eżerċizzji varji ta’ livelli differenti fuq kull tema bil-qies;
- taħriġ supplimentari li inkonxjament jagħmillek reviżjoni tal-Malti komunikattiv (ittra, djalogu, deskrizzjoni, email…);
- eżempji ta’ eżerċizzji varji li jistgħu joħorġu fl-eżamijiet akkumpanjati b’kummenti, pariri u risposti mudell;
- pariri kif l-istudenti għandhom iwieġbu fl-eżami;
- pariri fuq żbalji ortografiċi (spelling mistakes) li l-istudenti jagħmlu meta jiktbu l-idjomi;
- sezzjoni apposta, maqsuma fi tlieta, li tgħin lill-istudenti jagħmlu reviżjoni tal-idjomi qabel l-eżami taċ-ĊES;
- glossarju tal-idjomi kollha li ntużaw f’dan il-ktieb;
- kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija.
Nota Din is-sena Saliba ppubblika wkoll il-ktieb Qwiel Maltin għal studenti ħabrikin. Dan huwa ktieb fuq il-qwiel li jikkumplimenta lil Idjomi Maltin għal studenti għaqlin.








