Chiara – Tempesta ta’ Sigrieti

Charles Buttigieg
9789918214440
Paperback

Description

Tfajla Maltija tiltaqa’ ma’ żagħżugħ edukat Taljan.

Ħabiba tagħha tiltaqa’ ma’ raġel misterjuż mill-Ewropa Ċentrali, li jabbużaha u jgħib. Ftit wara tintebaħ li jkun qed jerġa’ jfittixha biex iġegħelha tagħmel abort. Għalhekk tieħu ħsieb tistaħba.

Kumbinazzjoni, isseħħ ħaġa li tlaqqagħha mill-ġdid ma’ ħabibitha u t-Taljan. B’riżultat ta’ dan, quddiemha jfeġġu esperjenzi straordinarji b’taħlita ta’ ħelu u morr, sigurtà u riskji. Bla ħadd ma jobsor, hija ssib ruħha wkoll fil-mira mhux biss tar-raġel li jkun taqqalha, imma wkoll ta’ kriminali oħrajn rivali tiegħu.

Fl-istorja jintgħaġen is-sens ta’ solidarjetà ġenwina bejn il-bnedmin wiċċ imb wiċċ mal-problemi tal-ħajja u mal-ħażen ta’ jdejn nies żvijati jew kriminali.

Ġrajja li tmiss ħafna wkoll mal-mod kif xterdet il-COVID-19 u l-impatt krudil tagħha.

Tilħaq il-quċċata b’rakkont imqanqal dwar il-mod straordinarju ta’ kif ruħ il-bniedem hija kapaċi taqsam is-sentimenti tagħha mal-oħrajn.

Additional information

Weight 370 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2026
Pages 228
ISBN 9789918214440

Product categories and tags

You may also like…