Description
B’din il-ġabra ta’ novelli qosra, imqanqla, kultant bla ħniena, il-kittieb Malti-Marokkin Murad Shubert ikompli fejn ħalla bil-poeżiji tiegħu f’Imbagħad il-Qiegħ, rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tal-2023. Dawn ritratti meħudin bl-onest u l-elokwenza li issa rbatna ma’ kull ħaġa li jikteb. Hemm spazji li rridu nimlewhom aħna, mogħdijiet li rridu nterrqu fihom waħedna, ma’ karattri iħirsa, memorabbli. Fid-daħla l-awtur jirrakkonta kif messitu s-saħta tal-kliem, u kif bir-rakkonti li sema’ fil-beraħ tat-triq u fl-għeluq dinji tad-dar tan-nanna, is-seħer tħallatlu ma’ demmu u bdiet in-namra tiegħu mal-istejjer, u l-immaġinazzjoni ħielsa miċ-ċensura. Minkejja s-sogru, minkejja l-fraġilit. tal-ħolm, minkejja d-dispramenti, fil-fond ta’ dawn l-istejjer hemm poeżija qed issir. U terfgħalna qalbna u ruħna lejn is-sema tal-għasafar. – Adrian Grima






