Description
Għeżież ħbieb tiegħi gerriema, intom ġieli qrajtu xi ktieb tiegħi? Jien nikteb stejjer teneri mimlijin mozzarella, ikollhom togħma mill-ifjen, riħa li taqsamlek qalbek aktar mill-ġbejniet t’Għawdex… kif ngħidu, stejjer bil-baffi, kelma ta’ Geronimo Stilton.
IL-KTIEB TAL-LOGĦOB GĦALL-VAGANZI
“Meta z-zija Lippa għalqet żmineha morna ħarġa fil-kampanja mal-familja Stilton kollha. Kemm ħadna gost! Tridu tkunu taf x’lagħbna? F’dan il-ktieb issibu ħafna ideat biex tiddevertu waqt il-vaganzi jew fid-dar, sew jekk tkunu waħedkom sew ma’ oħrajn. Din hija ġabra ta’ logħob straordinarju…kelma ta’ Stilton. Geronimo Stilton”
