Description
Għeżież ħbieb tiegħi gerriema, intom ġieli qrajtu xi ktieb tiegħi? Jien nikteb stejjer teneri mimlijin mozzarella, ikollhom togħma mill-ifjen, riħa li taqsamlek qalbek aktar mill-ġbejniet t’Għawdex… kif ngħidu, stejjer bil-baffi, kelma ta’ Geronimo Stilton.
IS-SIGRIET TAL-GĦADIRA
“Kienet ġurnata ħelwa tar-rebbiegħa u Patty Spring kienet stednitni għall-ftuħ ta’ ħanut li jbiegħ oġġetti artiġġjanali tal-Indjani Amerikani. Kemm kont tgħallimt affarijiet…Iżda kien propju fil-mument li fid-dar tiegħi ppruvajt indendel xibka tal-ħolm, li żlaqt, intlift minn sensija u waqajt f’nagħsa profonda…Hekk bdiet l-avventura tiegħi Indjana!”