L-Etna Titmasħan

9789995738266
Paperback

In stock

Description

Waqt vganza fi Sqallija Lino u martu, Rita, iqattgħu ftit jiem mal-familja ta’ Guido.  Dan l-Isqalli jkabbar id-dwieli f’xaqliba ta’ L-Etna magħrufa bħala Linguaglossa, u wara jagħsar l-għenieqed tal-għeneb ħalli jipproduċi nbejjed tajbin, li minnhom Lino stess jimporta u jbiegħ fis-supermarkit tiegħu.

Sfortunatament, il-Mafja, warnita mostruża, tifrex is-swaba’ qerrieda tagħha fost Guido u l-familjari tiegħu.  Rital wkoll tinqabad vittma.  Irrabjat għall-aħħar, Lino jingħaqad ma’ Raffaelle, wieħed mill-familjari ta’ Guido sabiex flimkien jippruvaw ipattuha lill-imxajtna Mafjużi.  L-avventuri ma jonqsux u jaslu fl-aqwa tagħhom mhux biss meta l-Etna titmasħan u tiżbroffa, iżda f’Malta wkoll fl-inħawi ta’ Wied il-Għajn.

Dan ir-rumanz jirkaċċa l-ambjent storiku u sċjali Sqalli fi sfond romantiku u avventuruż.  Fir-rumanz jimirhu diversi karattri li ħajjithom hi marbuta mal-vulkan l-aktar attiv fl-Ewropa.  L-Etna hija enigma ta’ kuntrast kbir għalkemm naturali:  muntanja għammiela b’għelejjel abbundanti u fl-istess waqt munġbell imgħaddab li jnixxi abbandun u għali.

Additional information

Weight 510.0000 g
Dimensions 21.0 × 15.0 cm
Publisher
Pages 378
ISBN 9789995738266
Format Paperback
Year of publication 2013

Product categories and tags

SKU: 9789995738266