Il-Werrieta tar-Riħ

9789995738297
Paperback

In stock

Description

“Il-Vigarju ħareġ il-gazzetta Il-Progress u newwilha lill-Isqof.  Biex bħal donnu jiffriska l-memorja, qara fuq fuq dak li kien hemm mifrux fuq erba’ kolonni.  it-titlu kien stampat kbir u iswed:  Demokrazija u Reliġjon.  Imbagħad newwel il-gazzetta lill-qassis.  ‘Taf xi ħaġa fuq dan l-artiklu, riverendu?”

Il-karattri ewlenin:

Anton:  Ir-raġel li ġie mill-bogħod ifittex dak li ħalla warajh.  U sab li xejn ma tbiddel.  Forsi lanqas hu.

Rita:  Mara Furjaniża li tgħix f’dar mimlija tifkiriet.  U misteri.  Tagħha wkoll.

Marija:  Tfajla Siġġiwija, b’moħħ miftuħ għal żmienha imma fommha sieket.  Sfidat iżda kellha tinħeba.  Tistenna.

Grace:  Tfajla Żabbarija, qalila u f’waqtiet inġenwa, mimlija b’xewqat u ħolm li ma kinux iħallulha moħħha u ġisimha kwieti.

Ma’ dawn il-karattri hi minsuġa wkoll il-ġrajja tal-ambjent u taż-żmien li fih jgħixu.  Hi ġrajja minsuġa wkoll ma’ rwejjaħ ta’ fwieħa u għaraq.  Ta’ balzmu u demm.  Ta’ għenieqed u nbejjed u kappar u tadam u żebbuġ u fjuri selvaġġi.

Additional information

Weight 310.0000 g
Dimensions 21.0 × 15.0 cm
Publisher
Pages 224
ISBN 9789995738297
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789995738297 Categories: