Description
Din il-ġabra ta’poeżiji tal-Kav. Joe M. Attard – bi preżentazzjoni tal-Prof. Oliver Friggieri – tinkorpora għazla minn bosta poeżiji li l-awtur kiteb, imnebbah minn mumenti ta’ferħ, ta’ ċelebrazzjoni, ta’ festa. Insibu wkoll poeżiji miktuba f’okkażjoni ta’mwiet ta’ qraba, ta’ ħbieb u anki ta’ nies li l-qraba tagħhom talbuh jikteb għal fuq santi li jitqassmu fil-funerali.
Dawn il-poeżiji – festa ta’ hsibijiet miktuba l-aktar bil-vers tat-tmienja – jinħassu popolari. Huma miktuba b’Malti li jinftiehem mill-ewwel, u fihom jinħass ir-ritmu ta’ tqanqil il-qalb ta’ bniedemli huwa sensitiv għal kulma jferraħ… twelid ta’ tarbija, birthday, zwieg, vista ta’ persuna importani, festa, anniversarju… imma sensittiv wkoll tan-niket li ġġib il-firda għal dejjem, il-mewt tal-genituri tiegħu, ta’ ħuh, ta’ hbieb tal-qalb, u ta’ nies li sar jaf anki mill-bogħod.
Dawn il-poeziji huma gabra letterarja ta’ ġeneru għalih – poeżiji ta’ tifkira.
