Description
Federiku, bniedem vendikattiv, ried jitħallas minn Antonietta talli ċaħditlu mħabbitha.
Arturo u oħtu Bernardina, sidien ta’ negozju kbir fl-Olanda, riedu jirtiraw mix-xogħol u ċedew in-negozju li kellhom lil kuġinuhom Federiku. Man-negozju huma silfuh ukoll somma kbira ta’ flus biex ikun jista’ jkompli jmexxi n-negozju tiegħu.
Biex ħallas dan il-ġid kollu l-kiefer Federiku? Billi ppjana delitt li permezz tiegħu huwa qatel lill-Arturo u seraq lil martu Antonietta u lil uliedhom Ġenoveffa li ġiet mifruda minn ommha u kif jispiċċa Federiku u martu Clarina tad-delitt li għamlu?
Aqraw dan ir-rumanz kommoventi u mimli misteri u niżgurakom li ma jiddispjaċikomx.
X’qal min qara dan ir-rumanz:
Rumanz mill-isbaħ mibni fuq stil mexxej ambjentat barra minn xtutna. Żgur li min jibda jaqrah, ma jitilqux minn idu qabel jispiċċah. Barra li jagħti gost lill-qarrej bħar-rumanzi l-oħra ta’ Emilio Lombardi, dan ir-rumanz fih ukoll tagħlima.
Louise Abela (Rabat – Malta)
X’qal min qara r-rumanzi ta’ Emilio Lombardi:
Jien ma nixba qatt naqra l-kotba sbieħ ta’ emilio Lombardi u kważi kollha qrajthom. L-aħħar li qrajt kien Oreste Rockman ktieb sabiħ ħafna li ma xtaqtux jispiċċa.
Lina Micallef (Cospicua)
Jien inħobb ħafna naqra l-kotba ta’ Emilio Lombardi għaliex huma miktubin b’reqqa kbira biex iwasslu messaġġ li ħadd m’għandu jinsa: Qatt m’għandna naqtgħu qalbna fil-ħajja, għalkemm xi kultant din tkun wisq iebsa għalina.
Glen Farrugia (Żebbuġ – Malta)
