Description
Illum, ħafna aktar minn qatt qabel, jeħtieġ mgħallmin li jgħinuna nifhmu kif b’mod attiv nagħżlu li nipparteċipaw fit-tiswir ta’ komunitajiet imxattba fuq xtut opposti tax-xmara soċjali u ekonomika.
Dan il-ktieb juri kif mgħallmin bħal Milani, li jispirawna b’għemilhom daqskemm isaħħruna b’għerfhom, joffru l-kebs u l-qabs ta’ etika antikolonjali li filwaqt li tinterroga n-narrativi dominanti u globali li qegħdin jipparalizzaw il-ħsieb alternattiv, toffri spazji ta’ tama fejn in-nies joħolmu u jwettqu proġetti b’risq iċ-ċittadinanza kritika u demokratika.










