Riflessjonijiet dwar il-Ġid Komuni

9789918210893
Paperback

Description

Ma tantx jinkitbu kotba dwar il-filosofija politika bil-Malti. Dan il-ktieb huwa tip ta’ tluq minn dik is-sitwazzjoni. Jidher ukoll li l-mod kif qed issir il-politika f’Malta, u wieħed jazzarda jgħid barra minn Malta, huwa wkoll xi ftit pragmatiku – iffokat iktar fuq is-sodisfazzjon tal-klijent u inqas dwar prinċipji. Dan il-ktieb huwa tentattiv umli sabiex jiftaħ diskussjoni dwar il-filosofija politika. Filwaqt li huwa indirizzat lejn kull min jinteressah jaqra dwar il-filosofija politika b’mod ġenerali u dwar il-ġid komuni b’mod partikolari, għandu jkun ta’ interess, wieħed jittama, għal dawk li jixtiequ jaħsbu iktar fil-fond jew iktar fil-wisa’ dwar dan is-suġġett. Hemm firxa wiesgħa ta’ persuni li jista’ jinteressahom jaqrawh: minn studenti universitarji li jixtiequ jiktbu fuq din it-tema sa politiċi li jridu ġabra analitika dwar dan il-kunċett li tant jissemma u fl-istess ħin jibqa’ tant misterjuż.

Dan il-ktieb mhuwiex manwal ta’ x’għandu wieħed jaħseb jew x’għandu jagħmel, iżda huwa iktar suġġeriment ta’ kif wieħed jista’ jibda djalogu fil-politika fuq livell li mhuwiex dak ta’ konfrontazzjoni iżda wieħed ta’ kooperazzjoni. B’dan il-prinċipju bħala sinsla kunċettwali tal-proġett, l-awtur qasam l-analiżi tiegħu f’żewġ taqsimiet. L-ewwel taqsima tal-ktieb tanalizza l-interazzjoni bejn il-filosofija politika u l-ġid komuni mill-perspettiva ta’ għażla ta’ filosfi u movimenti. It-tieni taqsima tiffoka iktar fuq l-aspetti kunċettwali tal-ġid komuni. Dan il-ktieb intbagħat għall-pubblikazzjoni fl-eqqel tal-pandemija tal-COVID-19. Kriżi li wriet kemm hemm ħtieġa ta’ politika u ekonomija differenti minn dik attwali, fejn mikrobu żgħir ġab għarkopptejhom gvernijiet ta’ pajjiżi kbar u farrak ekonomiji madwar id-dinja. Dan wera tassew li l-ġid komuni jibda minnek!

 

Kif wasalna s’hawn? Riflessjonijiet filosofiċi dwar il-ġid komuni

Additional information

Weight 660 g
Dimensions 24 × 16.7 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789918210893
Pages 382

Product categories and tags