Żifna f’Xifer Irdum

Nadia Mifsud
9789990919592
Paperback

Description

Ġabra ta’ Stejjer Qosra

Ismaïl rieqed raqda fonda, bil-maħbuba tiegħu maġenbu ma tiflaħx taqla’ għajnejha minn fuqu.

Salvu u Rita reġgħu qed ipejpu sigarett fil-gallarija, ipespsu u jidħqu daqslikieku għadhom namrati.

Fis-sodda nru 11 tal-kamra nru 10 fl-Infectious Disease Unit, Tessie Tabone daqt tiġbed l-aħħar nifs. Se tħalli warajha żewġ ulied, miġġildin.

Denise tixtieq li għandha ritratt sura tan-nanna, liebsa l-gejxa …

F’din in-nisġa ta’ rakkonti, mhux il-karattri kollha għandhom isem. Forsi għax jistgħu jkunu int jew jien. Jew dik il-mara li ċċumbajt tiċċaċċra ma’ sħabha, liebsa kowt vjola jgħajjat. Jew dik l-omm żagħżugħa li lmaħt tiġri barra fix-xita, bil-papoċċ roża, b’tarbija tixher f’dirgħajha. Tgħid fejn kienet sejra? Jew il-ġuvni li nzertajt m’ilux ġo ħanut, idur indeċiż il-fwejjaħ tan-nisa, flixkun flixkun …

Additional information

Weight 280 g
Dimensions 19.9 × 13.2 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2021
Pages 224
ISBN 9789990919592

Product categories and tags

SKU: 9789990919592

You may also like…