Xogħol, Ġaħġiħ u Snajja’ li spiċċaw

99932-32-06-8
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Din hi ġabra ta’ informazzjoni dwar snajja’ tal-Maltin kif kienu fl-imgħoddi; inkunu qed nitkellmu fuq żmien li jwassal sas-snin ħamsi tas-seklu għoxrin li għexna fih u għadna niftakruh tajjeb. Il-biċċa l-kbira tas-snajja’ u xogħlijiet kif miġburin f’dan il-ktieb kienu komuni fis-seklu dsatax, u bosta minnhom, ħlief għal xi ftit, baqgħu hekk sa nofs is-seklu għoxrin, jew sa żmien it-tieni gwerra dinjija, li warajha tista’ tgħid li nbidlet il-ħajja tal-Maltin u l-Ġħawdxin bis-snajja’ b’kollox.

Il-bniedem t’issa għandu l-istess ħtiġijiet li dejjem kellu biex jgħix, sa mill-eqdem żminijiet, bħalma ngħidu aħna tisjir, tindif, ilbies, trasport, bini, ikel mill-art u mill-baħar u l-kumplament, imma l-għodda u  l-mod li bih isir ix-xogħol għal dawn l-istess bħonnijiet inbidlu maż-żminijiet.

Il-biċċa l-kbira tax-xogħlijiet li jidhru hawn huma kif niftakarhom jien u dawk li għexu fi żmieni, u oħrajn kif qaluhomli bosta ħaddiema anzjani. Għalhekk nittama li din il-kitba għandha tkun siewja għall-inqas bħala bażi għal aktar tiftix

Additional information

Weight 418.0000 g
Dimensions 24.0 × 17.4 cm
Publisher
Pages 142
ISBN 99932-32-06-8
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789993232063