Description
Storja li tistimola il-qalb favur il-ħbiberija, il-kuraġġ u d-donazzjonijiet.
Ria tħobb ħafna x-xagħar twil u dehbi tagħha. Jasal sa saqajha u jagħmilha tħossha speċjali. Hi ma tħobbx tagħmlu malji. Il-gost tagħha tiżfen bih u tarah jiddi fix-xemx.
Imma meta l-aqwa ħabiba tagħha Jana mardet u tilfet ix-xagħar kollu, id-dinja ta’ Ria nbidlet. Iżżur lil Jana l-isptar kien diffiċli għall-bidu, sakemm Ria tgħallmet dwar il-kuraġġ, it-tjubija u xi tfisser tkun ħabiba ma’ xi ħadd.
Bl-għajnuna tal-familja tagħha, taz-zija Paula u tal-Malta Community Chest Fund, Ria tieħu deċiżjoni kbira: taqta’ xagħarha sabiħ biex tfal bħal Jana jerġgħu jitbissmu.
B’risq il-Malta Community Chest Fund.








