Description
X’RUĦ GĦANDU… X’QALB GĦANDU!
Fil-ħin, minn wara ċ-ċipress ogħli rajt soru bajda, bajda, tnewwilli jdejha biex tkompli tmexxini għall-qabar fejn kienet midfuna s-soru. Issa wkoll dehret Melissa, bl-istess bjuda u fwieħa, it-tfajla li jien kont tant ħabbejt. Stagħġibt mhux ftit meta t-tnjen stednuni niżfen magħhom.
AUNTIE MOIRA
Norman wegħedha li kien lest jidħol għal dak kollu li flimkien setgħu jgħaddu minnu basta tibqa’ żżomm it-tarbija f’ġufha. Iżda r-ras iebsa ta’ Moira wasslitha biex sabet mod kif teħles minnha qabel ma tikber l-istorja. Min għena, barra li tħallas tajjeb, ried ukoll xi ħaġa oħra minnha.


