Tisjir mill-Qalb 2024 (Maltese)

9789918955978
Paperback

In stock

Description

Il-pubblikazzjoni tal-edizzjoni ta’ din is-sena, 2024, ta’ Tisjir mill-Qalb, qed tippreżenta sensiela ta’ riċetti li jippromwovu l-kunċett tas-sostenibbiltà fit-tisjir. Dan huwa prinċipju li kien imħaddem sew fil-kċina tradizzjonali Maltija: ikel bnin, imħejji minn ingredjenti lokali friski, u b’użu għaqli ta’ kull prodott bl-ingas hela possibbli.

Il-kċina tibqa’ l-qalb ta’ djarna – tbaqbaq bl-attività, filwaqt li l-borma ttektek u l-ikel jinħema fil-forn ifewwah imnifsejna.

Il-ħajja mgħaġġla tal-lum faċli taljenana, u xi drabi twassalna sabiex nagħmlu għażliet li mhux neċessarjament huma sostenibbli, kemm finanzjarjament kif ukoll fir-rigward tal- ambjent naturali. Meta nsajru l-ikel fi djarna, nistgħu nagħmlu għażliet aktar sostenibbli – kemm fix-xirja tagħna meta nagħżlu prodotti lokali, nixtru bil-għaqal u nagħrfu wkoll kif innaqqsu l-ħela fit-tisjir.

Additional information

Weight 450 g
Dimensions 24 × 17.5 cm
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2024
Pages 168
ISBN 9789918955978

Product categories and tags

You may also like…