Description
F’ħafna restoranti Maltin għandek issib ikel internazzjonali iżda ssib ukoll ikliet tipikament mediterranji li jvarjaw minn dawk ta’ Pajjiżi viċin.
F’dan il-ktieb, li huwa mżejjen bi stampi sbieħ bil-kulur għandek issib diversi riċetti ħfief ta’ ikliet u ħelu tipikament Maltin. Barra minn hekk fih ukoll xi noti fuq l-inbid ta’ Malta. Għat-turisti hemm ukoll gwida ta’ xi affarijiet interessanti li jistgħu jixtru, kif ukoll xi ħwienet jew restoranti popolari minn fejn jistgħu jixtru xi ingredjenti jew ikliet Maltin.
