Description
L-avventura tal-arloġġ tkompli! Nina, Ġanni, Sandro u Ġużi jidhru inkwetati għax il-pittura tal-Kavallier li kienet imdendla fil-Mużew tal-Arti qed titlef il-kulur tagħha u ħadd ma jaf għaliex. It-tfal jissuspettaw li qed jiġri hekk għax l-arloġġ tal-Kavallier baqa’ għandhom. Jaqtgħuha li jmorru lura fil-passat akkost ta’ kollox.
Imma tgħid il-bieb jisma’ x-xewqa tagħhom? Tgħid joħodhom għand il-ħabib tagħhom il-Kavallier?