Description
Is-sensiela Tikka Malti twassal il-Malti lit-tfal b’mod innovattiv u kreattiv.
It-temi f’dan il-ktieb huma temi li jolqtu t-tfal bħal: jien u l-familja, id-dar tiegħi u l-kuluri. Dawn jiġu indirizzati permezz ta’ eżerċizzji bbażati fuq l-erba’ ħiliet – il-qari, il-kitba, it-taħdit u s-smigħ – bl-għajnuna ta’ podcasts u materjal supplimentari ieħor.
Il-ktieb fih ukoll diversi eżerċizzji grammatikali u oħrajn iffukati fuq kliem bl-istess forma.








