Description
Sett ta’ Żewġ Kotba
Miktubin mill-poeta Għawdxi Ġorġ Pisani.
Iż-żewġ volumi jiġbru fihom għażla ta’ 130 artiklu li oriġinarjament kienu nkitbu, flimkien ma’ tant oħrajn, sabiex l-awtur stess jaqrahom fil-programm dwar Għawdex li għal għexieren ta’ snin kien jixxandar kull ġimgħa fuq Radju Malta.
Bosta minn dawn l-artikli jagħtu ħjiel tal-ħajja imgħoddija li għexu l-Għawdxin ta’ qabilna, permezz ta’ tagħrif dwar drawwiet, xogħolijiet u tradizzjonijiet fost l-oħrajn. Artikli oħra jagħtu tagħrif dwar personaġġi ftit li xejn magħrufa, lokalitajiet u mkejjen storiċi.


















