Description
Dan id-dramm jittratta r-rutini semplici u eccentrici ta’ Gorg u bintu Yasmina; rutini mibnija fuq il-memorji u s-sigrieti midfuna fil-garaxx li jgħixu fih. Mal-wasla ta’ Phyllis li trid tordna tebut isfar, jasal ukoll Gustav li jrid jixtri l-garaxx biex jibdlu f’boutique hotel. Imma Gorg u Yasmina la jafu u lanqas iridu jhallu warajhom snin twal ta’ ferh u niket biex jibdew kollox mill-gdid fi flett iehor, f’belt ohra.
Tebut Isfar telaq minn tema attwali hafna – dik tal-gentrifikazzjoni tal-Belt Valletta. Imma ma jesplorax biss din it-tema jew it-tema tat-torrijiet m’ghola s-smewwiet. Ihaddan fuq kollox it-tema tal-fragilitá, u taz-zgħar li jisfgħu dejjem jinbelghu mill-kbar; tal-memorji l-iktar għeziez tagħna li naraw kif u fejn se naqfluhom biex qatt ma jitilquna.
U aktarx, jitilquna (jew jehduhomlna) xorta.